Left arrow Mur Lura

TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA - BIRZEBBUGIA

PR1600
Date Icon 14/11/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Birżebbuga minn nhar is-Sibt 16 sa nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru, 2002. Ma jsirx tigdid fil-Hdud 17 u 24 ta’ Novembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tigdid ghar-residenti ta’ Birżebbuga fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.

It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja Birżebbuga ‘B’, Triq il-Knisja. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ Birżebbuga. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Ghandha tigi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.

Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem mill-Ghassa tal-Pulizija ta’ Birżebbuga u ser jinhareg avviż ghall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Hadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow