ZEWG RAPPORTI MILL-I.P.S.E. DWAR IL-MATERJAL TAL-KOSTRUZZJONI
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Prof. Josef Bonnici nieda ufficjalment iz-zewg rapporti li kkummisjonat dan l-ahhar l-IPSE dwar imprizi f’Malta li jipproducu materjal ghall-industrija tal-kostruzzjoni. L-ewwel rapport, dak dwar il-prodotti tal-metal fl-industrija tal-kostruzzjoni, jinkludi studju u analizi dwar operaturi li primarjament jahdmu l-aluminium, filwaqt li t-tieni rapport dak imsejjah non-metallic iffoka l-aktar dwar il-manifattura tat-tiles tal-concrete, u prodotti ohra tal-concrete, dejjem ghall-industrija tal-bini.
Il-Ministru Bonnici qal li dan is-settur, li sa issa primarjament dejjem hares kwazi biss lejn il-kummerc intern, issa qed jiehu forma gdida. Peress li f’Jannar se jitnehhew il-kumplament tal-levies fuq dawn il-prodotti, il-kompetizzjoni ser tikber u min jipproduci irid isir aktar kompetittiv b’rizultat li jibbenefika l-konsumatur u anke min jipproduci stess, jekk dan jgharraf jorjenta ruhu, biex jiehu vantagg minn opportunitajiet godda.
Il-Ministru Bonnici rrimarka li minn dan ir-rapport irrizulta li m’hemmx bizzejjed koordinazzjoni bejn l-operaturi li jahdmu f’dan is-settur u ghalhekk hemm bzonn li jittiehed il-pass biex titwaqqaf assocjazzjoni bejn dawk li huma f’dan ix-xoghol, kif qed jissuggerixxu l-istess rapporti. Ezempju tipiku ta’ din it-tip ta’ assocjazzjoni hi l-M.F.M.O. l-assocjazzjoni Maltija tal-manifattura ta’ l-ghamara.
Josef Bonnici spjega wkoll li fis-settur tal-materjal tal-kostruzzjoni tezisti opportunita` ghal xoghol fil-pajjizi ta’ l-Afrika ta’ Fuq, izda r-rata ta’ dazju prezenti biex imprenditur jesporta lejn dawn il-pajjizi hi ferm gholja. Jekk niehdu bhala ezempju l-profili ta’ l-aluminium jew il-madum, biex imprenditur Malti jesporta, nghidu ahna lejn it-Tunezija, jrid ihallas 43% dazju fuq il-prodott meta jesportah.
Dan l-ammont hu wisq gholi meta wiehed jikkomparah ma’ l-ammonti li jhallsu imprendituri Taljani u ohrajn li pajjizhom hu membru fl-Unjoni Ewropeja. Dawn ihallsu biss 21.5% dazju meta jesportaw ukoll, lejn it-Tunezija. Il-Ministru Bonnici qal ukoll li sa l-1 ta’ Jannar 2008, dan id-dazju se jkun spicca ghal kollox.
Il-Ministru Bonnici tenna li bis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fi zmien sena u ftit xhur ohra, dan is-settur mill-ewwel ser jibda jmiss direttament b’idu l-vantaggi, billi awtomatikament jitnaqqsu l-ispejjez gholja ta’ dazju ghall-esportazzjoni. Aktar minn hekk, id-dazju ghall-esportazzjoni jitnehha kollu sa l-2008.
Fl-istess Konfernza Stampa tkellem ukoll ic-Chairman ta’ l-IPSE, is-Sur George Borg li qal li qabel ma’ l-Istitut ghall-Intraprizi Zghar u Medji jaghti ghajnuna finanzjarja u ghajnuna manigerjali, jitnedew rapporti simili permezz ta’ ricerka u surveys, biex jigu identifikati l-pregji u d-difetti tas-setturi individwali. B’dan il-mod tkun aktar facli ghall-IPSE tiffoka fuq diversi setturi u tindirizza l-problemi li jistghu jkunu prezenti b’mod iktar effikaci. S’issa l-IPSE diga` kkummisjonat seba’ rapporti dwar setturi differenti li kienu: l-Ghamara, l-Istampar, l-Inbid, Frott ipprocessat u Haxix, u Gojjellerija.
Other Press Releases:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930