Left arrow Go Back

REGISTRU ELETTORALI RIVEDUT

PR1588
Date Icon 12/11/2002

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun registrat bhala votant fit-30 ta’ Settembru, 2002, dwar l-importanza li jivverifika li ismu/isimha u l-partikolaritajiet tieghu/taghha jidhru fir-registru elettorali rivedut ippublikat fid-29 ta’ Ottubru, 2002.

Dawk il-persuni li saru cittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’registrazzjoni u dawk li ghandhom certifikat ta’ cittadinanza doppja ghandhom id-dritt ikunu registrati bhala votanti f’dan ir-registru jekk fit-30 ta’ Settembru, 2002 kellhom il-kwalifiki mehtiega skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skond l-Att XXI ta’ l-1991. Ghalhekk dawn il-persuni huma mhegga jivverifikaw li jidhru bhala votanti fl-imsemmi registru.

Min ma giex inkluż f’dan ir-registru, avolja ma jkunx ghamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali ghal dan il-ghan, jew li xi partikolaritajiet tieghu kif jidhru fir-Registru jenhtiegu korrezzjoni, jista’ jippreżenta appell lill-Ufficjal Reviżur sa nhar it-Tlieta, d-19 ta’ Novembru, 2002, sabiex jitlob li ismu jiddahhal f’dan ir-registru. Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb ghajnuna mill-Ufficcju Elettorali, Misrah Sant’Iermu, il-Belt Valletta jew mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, 7A Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

More Press Releases Right arrow