STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA
PR1582
11/11/2002
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja segwiet b'attenzjoni dak li ntqal fir-rigward tal-ħatra ta' Dott. Andrè Camilleri bħala Imħallef.
Il-Kummissjoni hi tal-fehma li, il-funzjoni Kostituzzjonali tagħha tipprekludiha milli tagħmel xi stqarrija pubblika rigward l-operat tagħha, wisq anqas li tidħol f'polemika f'dan is-sens.
Il-Kummissjoni ser tkompli taqdi dmirijietha skond ma titlob il-Kostituzzjoni.
Il-Kummissjoni filwaqt li jiddispjaċiha għal ċertu kliem li ntqal fil-konfront tagħha, u fil-konfront tal-President ta' Malta, li jippresiediha, tqis li għaliha dan il-każ huwa magħluq.
Other Press Releases:
PR261930en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...
PR261930