Il-Ministru Noel Farrugia jiltaqa' mal-Koperattiva tal-Bdiewa ta' San Pawl il-Bahar
B' riúultat tar-riformi fil-politika komuni æall-biedja, l-Unjoni Ewropea se tnaqqas bi 30% is-sussidji æas-settur tal-Biedja.
Dan il-pass ta' tnaqqis qed isir sabiex ghall-futur il-pajjizi kollha ta' l-Unjoni Ewropea jiftiehmu flimkien kif se jitnaqqsu s-70% l-oóra tas-sussidji æal matul il-perjodu tas-sena 2000 sas-sena 2010.
B' hekk ikun intlaóaq l-æan aóóari tal-politika æall-Biedja ta' l-Unjoni Ewropea, jiíifieri li wara s-sena 2010 ma jkunx hemm aktar sussidji ta' flus lill-bdiewa, raóóala u sajjieda tal-pajjiúi membri.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta l-bieraó kien qed jindirizza l-laqæa Íenerali Annwali tal-Koperattiva tal-Bdiewa ta' San Pawl il-Baóar, li saret fil-Manikata.
Huwa kompla jæid li l-Ministeru tal-Biedja u Sajd qed ióejji programm ta' laqæat sabiex fil-íejjieni qarib ikun spjegat lill-Koperattivi tal-Bdiewa, raóóala u Sajjieda, kif ukoll lill-qasam ta' l-Agro Industrija, il-bidliet proposti fir-riforma tal-CAP.
B' dan l-impenn, il-Gvern il-ídid se jkun qed ifisser il-veritajiet tal-fatti dwar il-vantaííi u l-iúvantaííi tal-CAP fid-dawl tal-ótiíijiet tal-bdiewa, raóóala, sajjieda u ta' l-ekonomija ta' dawn is-setturi, f' dawn il-íúejjer.
Il-Ministru kompla jæid li t-tibdiliet li qed isiru fil-CAP, fosthom it-tnaqqis fis-sussidji u interventi finanzjarji simili, joóroí ukoll mill-ftehim fuq il-Biedja li l-Unjoni Ewropea æamlet ma' l-Æaqda Dinjija æall-Kummerð, maærufa aójar bóala l-World Trade Organisation. Fin-negozjati futuri fuq il-biedja, li mistennija jibdew fl-1999, it-tnaqqis fis-sussidji mistenni jkompli jikber u s-sussidji jispiððaw sas-sena 2010. B'hekk l-attività ekonomika fil-biedja tkun konformi mal-politika tal-liberalizzazzjoni.
B'hekk, kompla jæid il-Ministru Noel Farrugia, ikun qed jiíi evitat il-preðedent li seóó mill-Gvern precedenti fejn æal 9 snin sóaó, ftit li xejn kienet tinæata informazzjoni dettaljata dwar il-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar dawn is-setturi.
Matul id-diskussjoni l-bdiewa ddiskutew numru ta' proposti fosthom, li jibdew idaóólu l-bieæa fil-Pitkalija fis-7.00 ta' filæodu u mhux fit-8.30 ta' filæodu.
Il-ósieb ta' din il-proposta huwa sabiex il-bdiewa jkollhom óin aktar twil fil-Pitkalija biex jaæmlu uúu mis-servizz ta' l-Uffiððju Ðentrali ta' l-Extension Service, li se jinfetaó dalwaqt fil-Pitkalija stess, wara li dawn ióottu l-bieæa æand il-Pitkala. Jekk isir dan it-tibdil, is-sistema tista' tkun ukoll ta' vantaíí æall-bejjiegha tal-óaxix frisk, æaliex jipprovdi servizzi aktar bikrija minn dawk tas-soltu lill-konsumaturi.Stqarrijiet Oħra:
PR261920
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261919