Left arrow Mur Lura

Ftehim dwar is-sahha bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ciniz

PR0608
Date Icon 04/04/1998

Il-bierah, 3 ta' April 1998, gew iffirmati zewg ftehim fil-qasam tas-sahha bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina.

Ghall-Gvern Malti ffirma l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia u ghall-Gvern Ciniz iffirma l-Vici Ministru ghas-Sahha Sun Longchun.

F'kelmtejn lill-gurnalisti, il-Ministru Michael Farrugia qal li saru zewg ftehim: dak ta' kollaborazzjoni dwar sahha generali; kif ukoll iggedded il-ftehim bejn iz-zewg pajjizi dwar ic-Centru Regjonali Mediterranju tal-Kura Tradizzjonali Ciniza.

Huwa qal li l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni kien jghid li s-servizzi tas-sahha li joffri l-Gvern jridu jkun l-aqwa fil-pajjiz. Il-Ministru sostna li huwa fiducjuz li dawn il-ftehim huma holqa ohra minn din il-weghda.

Il-Ministru Farrugia sahaq li dawn il-ftehim juru kollaborazzjoni u fiducja minn pajjiz barrani habib lejn Malta u lejn ic-cittadini Maltin. Huwa qal li z-zewg pajjizi jaqblu li l-ftehim ghandu jigi mplimentat minnufih. Barra minnhekk ser ikomplu wkoll tahdidiet biex din il-kollaborazzjoni tissahhah u tkompli tizviluppa.

Permezz tal-ftehim milhuq, ser ikun possibbli li jkun hemm skampju ta' esperti fil-qasam tal-medicina bejn il-pajjizi koncernati. B'hekk tissahhah il-koperazzjoni u jkun hemm bdil ta' informazzjoni u ta' ricerka. Fil-qasam internazzjonali, iz-zewg pajjizi jfittxu li jikkoperaw ghall-gid tac-cittadini taz-zewg pajjizi. Dan hu rifless l-aktar waqt il-laqgha annwali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO).

Il-Ministru Michael Farrugia habbar li waqt li d-delegazzjoni kienet qieghda Ghawdex giet ikkunsidrata l-possibilta' li jinfetah Centru Ghall-Kura Tradizzjonali Ciniza fil-gzira t'Ghawdex, sabiex l-Ghawdxin ikunu jistghu jinqdew aktar bil-kumdità.

Huwa qal ukoll li l-Gvern huwa sensittiv ghat-talba tac-cittadini Maltin u Ghawdxin u qieghed jaghti cans ghall-kura medika alternattiva li hija rikonoxxuta fid-dinja medika.

Ir-responsabbiltà tat-tmexxija tac-Centru Regjonali ghall-Kura Tradizzjonali Ciniza, li jinsab f'Kordin, hija maqsum bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina.

Il-Ministru Michael Farrugia sahaq fuq il-htiega tal-koperazzjoni ma' pajjizi ohra fil-qasam tas-sahha. Din ghandha tibqa' ghaddejja b'ritmu tajjeb ghall-gid tal-pazjenti Maltin.

Minn naha tieghu, il-Vici Ministru Ciniz Sun Longchun qal li dan il-ftehim juri koperazzjoni u hbiberijia bejn Malta u c-Cina, u qal ukoll li ghandu jigi mplimentat dak li gie ffirmat. B'hekk huwa qal li tibqa' tintwera l-fiducja u tikber il-hbiberija bejn iz-zewg popli.

Sun Longchun qal ukoll li jirringrazzja lill-Gvern Malti ghas-support u l-ghajnuna li dejjem kien hemm minn Malta f'tahdidiet mal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Dan is-support huwa reciproku.

Il-Vici Ministru Sun Longchun irringrazzja lill-Gvern Malti, lill-Ministru Michael Farrugia, lill-ufficjali kif ukoll lill-poplu Malti tal-laqgha li d-delegazzjoni Ciniza kellhom hawn Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

Aktar Stqarrijiet Right arrow