Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali jwiegeb lill-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

PR0604
Date Icon 03/04/1998

Fl-ittra tieghu tat-2 ta' April 1998, il-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali irrefera ghac-cirkulari "Memo 30/1998" mahruga mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fis-16 ta' Marzu 1998 u li kienet intbaghtet lis-Sindki u s-Segretarji tal-Kunsilli.

Fil-qosor, permezz ta' din ic-Cirkulari, il-Kunsilli gew imfakkra bil-provvedimenti tal-ligi li ma jhallux lill-Kunsilli milli jfasslu budgets li jkunu jipprovdu deficit. Barra minn hekk ic-cirkulari fakkret lill-Kunsillieri u lis-Segretarji tal-Kunsilli dwar id-dmir li ghandhom li jimxu strettament mal-provvedimenti tal-ligi meta jigu biex japprovaw progetti li l-valur taghhom jkun jaqbez il-voti allokati ghal xoghlijiet bhal dawn u dan fid-dawl tal-budget li jkun approvat mill-Kunsilli qabel ma tibda s-sena finanzjarja.

L-Artiklu 61 ta' l-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali, li ghalih saret riferenza fic-cirkulari, jistipula l-procedura li l-Kunsilli ghandhom jaddottaw fl-eventwalità li jkunu jridu jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru qabel ma japprovaw dak ix-xoghol li jkun se jigi jiswa aktar minn dak li jipprovdi l-budget rispettiv taghhom.

Fl-ittra tieghu, il-President tal-Kunsilli Lokali rrefera wkoll ghac-Charter Ewropew dwar il-Gvernijiet Lokali. L-artiklu specifiku ta' din ic-Charter jghid precizament dan li gej:

"Il-Gvernijiet lokali ghandhom ikunu ntitolati u dan fid-dawl tal-politika ekonomika nazzjonali, ghall-fondi adekwati, li huma ghandhom ikunu hielsa li juzaw fil-limitu tas-setghat taghhom.

Il-kliem "u dan fid-dawl tal-politika eknomika nazzjonali" huma accentwati ghaliex johrog car anke mic-Charter illi l-politika ekonomika nazzjonali hija element importanti fl-iffinanzjar tal-Kunsilli Lokali u dan b'mod specjali japplika ghal Malta, peress li l-flus ghall-operat tal-Kunsilli johorgu kollha mill-fondi tal-Gvern Centrali.

Inghad kemm-il darba li l-Kunsilli Lokali huma estensjoni tal-Gvern Nazzjonali u anke kumplimentari ghalih u bhala tali ghandhom jiffunzjonaw fil-limiti tal-finanzi nazzjonali. Minkejja dan izda, il-Gvern Centrali wieghed li se jkompli jappoggja lill-Kunsilli Lokali kemm direttament, permezz ta' haddiema mhallsa minnu, u anke permezz ta' modi ohra ta' intervent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

Aktar Stqarrijiet Right arrow