Delegazzjoni Ministerjali Ciniza zzur Ghawdex
PR0603
03/04/1998
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, laqa' fis-Segretarjat tieghu delegazzjoni ministerjali mic-Cina mmexxija mill-Vici Ministru tas-Sahha Ciniz Sun Longchun.
Dr Refalo tkellem mad-delegazzjoni dwar diversi aspetti ekonomici u socjali ta' Ghawdex u oqsma li fihom jista' ikun hemm koperazzjoni mac-Cina. F'din il-laqgha kien hemm ukoll skambju ta' rigali ta' tifkira.
Id-delegazzjoni zaret imbaghad l-Isptar Generali ta' Ghawdex u giet imdawra ma' diversi sezzjonijiet mis-Supretendent ta' l-Isptar ta' Ghawdex, Dr Anthony Livori.
Id-delegazzjoni kienet akkumpanjata mis-Sur Godfrey Xuereb mill-Ministeru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.Stqarrijiet Oħra:
PR261920
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261919