Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant jinawgura progett ta' riciklagg ta' l-ilma fil-fabbrika SGS Thomson

PR0575
Date Icon 30/03/1998

"L-inawgurazzjoni tal-lum tikkonferma s-shubija ta' success bejn Malta u l-SGS-Thomson".

Dan il-kliem qalu l-Prim Ministru waqt diskors li ghamel waqt li kien qieghed jinawgura l-Progett il-Gdid tar-Riciklagg ta' l-Ilma u estensjoni ta' elfejn metru kwadru ta' art fil-facilita' ta' Hal Kirkop Tnejn ta' SGS-Thomson (Malta).

Il-Prim Ministru fakkar li SGS-Thomson (Malta) kienet bdiet il-hidma taghha f'Malta f'Marzu 1981. Dr Sant qal li bhala Deputat Chairman Ezekuttivtal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp hu kien involut fil-preparazzjonijiet biex il-fabbrika tigi Malta. SGS-Thomson (Malta) illum timpjega elf u disa' mitt haddiem. Tul is-sbatax-il sena li ilha hawn Malta il-fabbrika investiet 140 miljun lira Maltin f'makkinarju u impjant, u s-sena li ghaddiet esportat b'kemm jiswew 273 miljun lira Maltin fi prodotti semikondutturi. Ix-xoghol li kien inawgurat illum beda f'Gunju 1997 u tlesta fi Frar ta' din is-sena, xahrejn shah qabel l-iskeda.

Il-Prim Ministru wera l-apprezzament tieghu ghad-decizjoniji ta' l-SGS-Thomson (Malta) li tinvesti erba' miljun dollaru fi progetti li jharsu l-ambjent. Huwa qal li l-progett tar-riciklagg, li s'issa diga' sewa d-ditta 1.2 miljun dollaru, jorbot tajjeb mal-politika tal-Gvern dwar il-konservazzjoni u r-riciklagg ta' l-ilma. Dr Sant awgura li l-Maltin kollha, flimkien ma' l-industrija Maltija, jiehdu l-ezempju tal-fabbrika u jaghmlu uzu ahjar mill-ilma. Il-Gvern kien lest jaghti l-ghajnuna tieghu biex l-industrija Maltija tilhaq dan il-ghan.

Il-Prim Ministru ferah lid-ditta SGS-Thomson (Malta) u personalment lis-Sur Pasquale Pistorio ta' l-gharfien prestigjuz li sar lil SGS-Thomson meta din kisbet il-Premju Ewropew ghall-Kwalita. Il-Gvern qataghha li jirrakkomanda lill-President ta' Malta jaghti lis-Sur Pasquale Pistorio Gieh ir-Repubblika bhala Membru Onorarju ta' l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu bi Grad ta' Fizzjal. Dan se jsir b'gharfien tal-karriera eccezzjonali tas-Sur Pistorio bhala ufficjal kummercjali ezekuttiv internazzjonali.

Dr Sant qal li jinsab fiducjuz li l-SGS-Thomson ghandhom il-hila jidhlu fis-seklu l-gdid bhala mexxejja globali qawwija fost l-aqwa ghaxar provvedituri tas-semikondutturi tad-dinja.

Test shih tad-Diskors tal-Prim Ministru bil-Malti

Full text of Prime Minister's Speech

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow