140 Kunsillier gdid jiehdu l-Gurament tal-Hatra
F'cerimonja li saret ghall-ewwel darba fis-Sala ta' l-Arazzi, fil-Palazz, il-Belt Valletta, 140 kunsillier minn 22 Kunsill Lokali f'Malta u f'Ghawdex, illum wara nofs inhar inghataw il-gurament tal-hatra. Din ic-cerimonja, li zvolgiet f'atmosfera dinjituza f'wahda mill-isbah swali tal-Palazz, kienet ippresjeduta mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli. Din kienet l-ewwel cerimonja li l-Ministru Portelli ppresjeda kemm ilu Ministru tal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Portelli beda biex ferah lill-Kunsillieri prezenti talli gew eletti fl-elezzjonijiet tal-14 ta' dan ix-xahar huwa qal li fil-prattika bil-gurament tal-lum, li huwa ordnat mill-Kostituzzjoni ta' Malta, ifisser li l-Kunsillieri qeghdin iweghdu lil-lokalitajiet u lic-cittadini li jirrapprezentaw li bi hsiebhom jimpenjaw ruhhom bis-shih biex jaghtu l-ahjar u l-oghla servizz lill-komunita'. Huwa qal li c-cittadini li vvutawlhom ghandhom dritt jitolbu dan minghandhom.
Il-Ministru Portelli kompla jghid li l-gurament tal-lum fisser ukoll li l-Kunsillieri jridu jpoggu l-interess u l-gid komuni tac-cittadini u tal-lokalita' qabel kull konsiderazzjoni ohra, specjalment dik politika partiggjana u li jkollhom sens gholi ta' onesta' u integrita' fil-qadi ta' dmirijiethom. Huwa qal li l-Kunsilli Lokali jridu jinvolvu lic-cittadini u jistimulaw il-partecipazzjoni tas-setturi kollha tal-komunita' fil-hidmiet u l-progettazzjonijiet taghhom.
Huwa zied jghid li kien ta' sodisfazzjon kbir ghalih li hafna mill-Kunsilli Lokali marru 'l hinn mill-funzjonijiet bazici taghhom ta' tindif, manutenzjoni u titjib fid-dehra tal-lokalitajiet.
" Naf, per ezempju li kien hemm Kunsilli li hadu inizjattivi bhal holqien ta' servizzi ta' taghrif u ta' edukazzjoni lic-cittadini, skedar ta' bini storiku, ohrajn waqfu neighbourhood watch, inizjattivi biex jitwaqqfu centri ghall-anzjani, sistemi ta' trasport intern, wettqu kampanji kontra id-droga, l-alkoholizmu u l-vjolenza u anke kien hemm min tejjeb is-sistemi ta' traffiku u parkegg. Din il-hidma ghandha sservi ta' ezempju ghall-Kunsilli l-ohra", qal il-Ministru.
Huwa kompla jghid li l-punt fokali tal-Kunsilli Lokali jibqa' d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li hadem u se jkompli jahdem biex jorganizza korsijiet ta' tahrig ghall-Kunsillieri u s-Segretarji, biex jinterpreta l-provvedimenti tal-ligi , ir-regolamenti u l-proceduri, jintervjeni mad-Dipartimenti tal-Gvern u korpi ohra u anke jissorvelja l-operat tal-Kunsill b'mod generali.
Huwa habbar li f'dan il-kuntest id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali hejja kors ta' tahrig intensiv, wiehed f'Malta u iehor f'Ghawdex biex Malta u Ghawdex jkollhom Sindki u Kunsillieri ahjar. Huwa xtaq kull success fil-kariga taghhom lill-Kunsillieri ghal dawn it-tliet snin li gejjin. Wara d-diskors, il-Kunsillieri inghataw il-gurament tal-hatra u wara ffirmaw ukoll id-dikjarazzjoni tal-gurament.
Minhabba n-numru ta' kunsillieri li kellhom jiehdu l-gurament illum, ic-cerimonja tal-ghoti tal-gurament inqasmet fi tnejn. Infatti l-Kunsillieri mill-Kunsilli Lokali ta' Birgu, Qormi, Siggiewi, Attard, Birzebbuga, Kercem, Munxar, Qala, San Lawrenz, Xaghra u Zebbug (Ghawdex) kienu fl-ewwel gemgha li hadu l-gurament. Il-Kunsillieri mill-Kunsilli Lokali ta' Floriana, Gzira, Gharghur, Hamrun, Luqa, Marsaxlokk, Mosta, Paola, Safi, Santa Lucija u Swieqi, hadu l-gurmanet fit-tieni gemgha.
Id-diskors shih tal-Ministru Alfred Portelli
Other Press Releases:
PR261920
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261919