Left arrow Go Back

Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar is-sitwazzjoni tan-Nurses fl-Isptar Monte Carmeli

PR0553
Date Icon 27/03/1998

Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghall-istqarrija ghall-istampa ta' l-Malta Union of Nurses and Midwives dwar is-sitwazzjoni tan-nurses fl-isptar Monte Karmeli.

Fil-laqgha li saret bejn l-Awtoritajiet tas-Sahha u l-MUMN fil-25 ta' Marzu 1998, l-agent Tabib Ewlieni tal-Gvern ghamel cara l-posizzjoni tad-Dipartiment, jigifieri l-htiega li tiddahhal il-flessibilita' fit-tqassim tar-rizorsi umani halli l-Isptar Monte Karmeli jista' jitmexxa b'aktar efficjenza. Sadanittant fid-Dipartiment tas-Sahha qed isiru l-ahhar irtokki fuq proposti ta' deployment ta' impjegati. Dawn il-proposti se jkunu diskussi kif miftiehem, anke ma' l-MUMN, mill-ewwel jiem ta' April.

Id-Dipartiment tas-Sahha jistenna l-koperazzjoni ta' kulhadd biex wara li l-proposti ppjanati jigu diskussi ma' kull min hu koncernat, dawn ikun jistghu jigu mplimentati mill-ewwel. Kwalunkwe intopp fil-process ta' l-implimentazzjoni jkun ta' detriment ghall-ghan komuni li ghandu jkun hemm, jigifieri li jsir l-ahjar uzu mir-rizorsi disponibbli, filwaqt li l-morda jkomplu jigu offruti servizz ta' kwalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Mazzit rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta

PR261920

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

More Press Releases Right arrow