"Impressions of Gozo" - WIrja ohra inawgurata f'Ghawdex
PR0455
12/03/1998
Fis-Sala tal-Esibizzjonijiet fir-Rabat, Ghawdex, bhalissa jinsabu ghal wiri madwar erbghin bicca f'xoghlijiet ta' pittura u tpingija, bl-isem Impressions of Gozo, ta' l-artist Ingliz Derek Gill Seymour.
Il-wirja giet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Dr Anton Refalo, li ferah lill-artist ghax-xoghlijiet esebiti li, huwa qal, jifthu tieqa fuq il-pajsagg pittoresk tal-Gzira Ghawdxija. "Li gziritna tnebbah u tispira artisti vizitaturi u residenti bhal Derek Gill Seymour, timliena b'certa kburija", qal l-Onor Dr Anton Refalo, filwaqt li fakkar fil-bzonn tat-tharis ta' l-ambjent naturali u tal-wirt storiku u kulturali ta' Ghawdex.
Din il-wirja ser tibqa' miftuha ghall-pubbliku sat-30 ta' Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911