Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Alfred Sant jiltaqa' mal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin f'Parigi

PR0434
Date Icon 10/03/1998

FRANZA TAPPOGGJA L-POLITIKA GDIDA TAL-GVERN MALTI

Il-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin illum wieghed l-appogg ta' Franza biex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u daqstant iehor ghall-politika interna u esterna tal-Gvern il-gdid Malti. Il-Prim Ministru Franciz illum wara nofsinhar kellu laqgha ta' aktar minn tliet kwarti mal-Prim Ministru Malti Alfred Sant fil-Matignon fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Jospin fil-kapitali Franciza. Matul din il-laqgha gew diskussi l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet bejn Malta u Franza fil-qasam, bilaterali u multilaterali. Il-Prim Ministru Jospin wera li pajjizu qed jifhem ir-ragunijiet li qeghdin iwasslu 'l quddiem il-politika Interna u esterna tal-Gvern gdid Malti.

Il-Prim Ministru Malti ta rendikont ta' l-isfidi finanzjarji li qed jiffaccja l-pajjiz kif ukoll dwar l-isfidi li Malta ghandha fil-qasam diplomatiku biex pajjizna jibni relazzjoni tajba ma' l-Unjoni Ewropea, li ma tkunx shubija shiha imma li tiftah perspettivi tajba ghal Malta halli pajjizna jkun jista' jikkontribwixxi ghall-izvilupp Ewropew skond il-parametri ta' Malta. F'dal-qasam, il-Prim Ministru Jospin wieghed l-appogg ta' Franza lil Malta biex ikun hemm l-ahjar trattament ta' Malta u rispett shih ghall-pozizzjoni li qed jiehu l-Gvern l-gdid Malti.

Iz-zewg Prim Ministri tkellmu wkoll dwar il-pozizzjoni fil-Mediterran bil-problemi u l-isfidi li z-zewg pajjizi ghandhom biex tinholoq koperazzjoni Mediterranja siewja bejn il-pajjizi kollha tar-regjun tal-Mediterran. F'dan il-qasam iz-zewg Prim Ministri qablu li jkun hemm aktar zviluppi fil-koperazzjoni ekonomika, socjali u politika.

Dwar ir-relazzjoni bejn Malta u Franza il-Prim Ministru Sant u l-Prim Ministru Jospin iddiskutew il-ftehim kontra l-kriminalità organizzata li gie iffirmat il-bierah bejn il-Prim Ministru Sant u l-Ministru tal-Intern Franciz Jean-Pierre Chevenement. Iz-zewg Prim Ministri qablu li dan il-ftehim ghandu jservi bhala bazi biex aktar 'il quddiem tkompli tizdied il-kooperazzjoni mehtiega fil-qasam tas-sigurtà, f'oqsma bhat-traffikar tad-droga li ghandhom importanza kbira ghall-harsien tas-sigurta' tal-Maltin u tal-popli Mediterranji l-ohrajn, inkluz il-poplu Franciz.

Matul il-laqgha iz-zewg Prim Ministri tkellmu dwar il-koperazzjoni ekonomika bejn iz-zewg pajjizi. Ir-rabtiet ekonomici u kummercjali bejn Malta u Franza zdiedu bil-kbir, tant li Franza tista' titpogga issa fl-ewwel rank tal-importanza ekonomika u kummercjali mill-pajjizi li Malta tmexxi maghhom il-kummerc barrani. Iz-zewg Prim Ministri qablu li z-zewg pajjizi ghandhom ikomplu jsostnu dan l-izvilupp b'interess akbar mill-azjendi u interessi finanzjarji Francizi.

Iz-zewg Prim Ministri iddiskutew ukoll il-possibiltà ta' zviluppi godda fil-qasam bankarju Franciz. Giet diskussa wkoll il-possibiltà li jigu zviluppati rabtiet kulturali akbar bejn Malta u Franza. Il-Prim Ministru Sant qal li l-Gvern Malti jhoss li jkun tajjeb li l-appogg kulturali Franciz f'pajjizna jkompli jizdied b'mod generali.

Il-Prim Ministru Malti illum iltaqa' wkoll ma' Francois Laquieze, Segretarju Generali tal-Missjoni tal-Gvern Franciz ghac-celebrazzjonijiet tal-Millennju l-Gdid u filghodu kien mistieden izur it-taqsima l-gdida tal-Egittologija tal-Muzew tal-Louvre li giet inawgurata ufficcjalment f'Dicembru tas-sena li ghaddiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow