Left arrow Go Back

Titjib fil-Bicceriji u fil-prodotti tal-laham tat-Tjur

PR0430
Date Icon 10/03/1998

Sa Gunju ta' l-1998 il-bicceriji tat-tjur f'Malta kollha ghandhom ikunu konformi mal-ligijiet ta' l-Att ta' 1995 li jirregolaw il-bicceriji tat-tjur.

Dan bil-ghan li l-industrija tkompli tirregistra titjib u tipproduci prodott ahjar imwassal ghand il-konsumatur.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta ltaqa' ma' ufficjali tas-Servizz Veterinarju.

Il-Ministru kompla jghid li ufficjali ta' dan id-Dipartiment ser jispezzjonaw ix-xoghlijiet li saru sa issa u li se jsiru fix-xhur li gejjin.

Dan fid-dawl li l-processuri jinghataw pariri mill-esperti tad-Dipartiment u sabiex il-Gvern ikun assigurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ligi qed jitwettqu u jigu fis-sehh.

Il-Ministru rrefera ghall-hidma li ghamel Dr Antoine Vella fuq ricerka ta' prodotti medicinali.

Din ir-ricerka wasslet biex gie mfassal Avviz Legali li gie pprezentat ghall-approvazzjoni tal-Kunsill Mediku.

Huwa temm jghid li b'dan il-pass ta' l-Avviz Legali se jsahhah il-kontrolli mehtiega biex ikun assigurat li lill-konsumatur ma jirrizultawlu ebda residwi ta' medicinali fil-laham tal-prodott tat-tjur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow