L-Ambaxxatur Taljan ghal Malta jaghmel zjara ta' l-ahhar lill-Ministru George Vella
L-Ambaxxatur Taljan ghal Malta, l-E T Dr Marco Colombo llum ghamel zjara ta' l-ahhar lill-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onor. George W Vella.
Il-Vici Prim Ministru u l-E T Dr Colombo ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, b'mod partikulari l-izvolgiment tal-koperazzjoni finanzjarja bejn iz-zewg pajjizi. Huma tkellmu wkoll dwar ix-xena internazzjonali u rreferew ghaz-zjara li l-Vici Prim Ministru ghadu kif ghamel fil-Libja.
Il-Ministru Vella rringrazzja lill-E T Dr Colombo ghax-xoghol tieghu f'pajjizna u l-kooperazzjoni tieghu, biex ghen ikomplu jissahhu r-relazzjonijiet tajba li dejjem ezistew bejn iz-zewg pajjizi.
L-Ambaxxatur Colombo kien ilu jservi f'Malta ghal ftit aktar minn erba' snin.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911