Ftehim bejn Malta u Franza fil-glieda kontra l-kriminalita' organizzata
Fil-kapitali Franciza Parigi, il-Gvern Malti u l-Gvern Franciz il-lejla se jiffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi fil-glieda kontra l-kriminalita' organizzata fil-forom kollha taghha. Il-ftehim se jigi iffirmat mill-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Intern, Alfred Sant ghall-Gvern Malti u mill-Ministru ta' l-Intern Jean-Pierre Chevenement. Il-ftehim huwa dwar kooperazzjoni fil-glieda kontra l-kriminalita' organizzata, it-traffikar tad-droga, it-terrorizmu u kontra l-immigrazzjoni illegali. Il-ftehim jahseb ghal bdil ta' informazzjoni u esperti bejn iz-zewg pajjizi u mahsub biex itejjeb u jsahhah il-kooperazzjoni bejn il-pulizija Maltin u Francizi.
Il-ftehim jahseb biex iz-zewg pajjizi jikkooperaw teknikament u b'mod operazzjonali fil-qasam tal-pulizija u jghinu lil xulxin f'oqsma differenti. Il-ftehim jahseb biex iz-zewg pajjizi jikkooperaw fil-glieda kontra t-terrorizmu, il-kriminalita' organizzata, it-traffikar illegali tad-droga u l-hasil tal-flus, il-glieda kontra l-immigrazzjoni illegali, u b'mod partikolari, il-bdil malajr ta' informazzjoni dettaljata li twaqqaf jew timminimizza l-immigrazzjoni illegali, il-glieda kontra l-frodi u d-dokumentazzjoni falza, iz-zamma ta' l-ordni pubblika, il-pulizija forensika, u t-tmexxija u t-tahrig tal-pulizija.
Fil-qasam tal-glieda kontra t-terrorizmu, iz-zewg pajjizi qablu li jibdlu informazzjoni fuq atti ta' terrorizmu li jistghu jitwettqu jew li fil-fatt jitwettqu u li jistghu jsiru jew ikunu saru fuq it-territorju ta' wiehed miz-zewg pajjizi.
Biex jigi evitat il-kultivazzjoni, il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasportar u l-kummercjalizzazzjoni illegali ta' drogi u traffikanti ta' droga, iz-zewg pajjizi qablu li jiehdu mizuri koordinati biex iwaqqfu l-produzzjoni illegali ta' drogi jew sostanzi psikotropici. Malta u Franza qablu li jibdlu informazzjoni fuq nies li jiehdu sehem il-produzzjoni u fit-traffikar illegali ta' drogi, fuq il-metodi uzati, fuq il-habi taghhom u d-destinazzjoni tad-drogi, kif ukoll fuq kull dettal rilevanti ghal dawn l-offizi.
Il-ftehim jahseb ghal bdil ta' informazzjoni fuq il-metodi kurrenti tat-traffikar illegli internazzjonali tad-droga, fuq ir-rizultati ta' l-investigazzjonijiet kriminali u forensici li jsiru miz-zewg pajjizi f'dan il-qasam, il-bdil ta' kampjuni ta' drogi u sustanzi psikotropici li jistghu jigu abbuzati, il-bdil ta' l-esperjenzi dwar il-kontroll u n-negozju legali ta' drogi.
Iz-zewg pajjizi se jikkoperaw f'oqsma ohra biex jigi evitati forom ohra ta' kriminalita' internazzjonali. Ghal dan il-ghan iz-zewg pajjizi se jibdlu l-informazzjoni dwar persuni suspettati f'attivitajiet ta' kriminalita' organizzata internazzjonalment. Kull pajjiz se jiehu mizuri legali mehtiega biex jintlahaq dan il-ftehim. Il-ftehim bejn Malta u Franza jahseb ghal tahrig generali u specifiku u mistenni jtul ghal perjodu ta' tliet snin, waqt li jkun imgedded ghal perjodi ohrajn ta' tliet snin bi qbil bejn iz-zewg pajjizi.
Wara l-iffirmar tal-ftehim il-Ministru Franciz se jistieden lill-Prim Ministru ghal pranzu ufficjali.
IFRI
Aktar qabel il-Prim Ministru tkellem dwar il-politika barranija tal-Gvern gdid Malti fl-Istitut Franciz tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IFRI) (Institut Francais de Relations Internationales) ta' Parigi. Ghal din il-laqgha attendew 120 diplomatiku u ufficjali minn diversi setturi ta' l-istudji internazzjonali fi Franza.
Il-Prim Ministru qal li Malta tixtieq taghti s-sehem taghha ghall-ghaqda Ewropea u l-integrazzjoni Mediterranja, waqt li tohloq ghaliha nfisha nicca ta' attivita' politika u ekonomika li jirriflettu tassew il-parametri xierqa ghall-ezistenza taghha, In-newtralita' ta Malta, il-ftehim specjali li ahna rridu nsalu ghalih ma' l-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet bilaterali li ahna rridu nsahhu mal-pajjizi Ewropej, fuq kollox ma' pajjizi bhal Franza, dan kollu juri r-rieda taghna li nqeghdu lilna nfusna fl-ahjar qaghda biex naqdu l-interessi ta' l-Ewropa u tal-girien taghna Mediterranji. Il-Prim Ministru qal li minhabba l-politika u t-tradizzjoni taghha, Franza tinsab fost il-pajjizi fl-ahjar qaghda biex jifhmu l-politika gdida ta' Malta. Il-Prim Ministru Malti qal li bil-hidmiet li jistghu jsiru id f'id ma' Franza, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi jistghu jitjiebu fl-oqsma kollha, l-aktar dawk tas-sliem u tal-kummerc u b'hekk igawdi r-regjun kollu tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru qal li l-Gnus Maghquda kabbret bil-kbir il-possibilitajiet biex Stat zghir bhal Malta jiehu inizjattivi ta' kooperazzjoni ekonomika, teknika u f'oqsma ohrajn. Dr. Sant qal li kien hemm ghadd ta' okkazjonijiet li fihom Malta hadet sehem fit-tnedija u fl-appogg ta' inizjattivi li kellhom l-ghan li jzomm hajja l-kooperazzjoni internazzjonali, l-aktar fil-qasam tal-harsien ta' l-ambjent. "Ahna nemmnu li l-Istati z-zghar ghandhom rwol specjali x'jaqdu fit-tentattivi biex inrawmu l-izvilupp u tishih tal-hila tal-komunità internazzjonali biex tholl il-problemi l-kbar ekonomici, socjali u ta' xejriet ohrajn, li kif inhu generalment maghruf, isawru dimensjoni shiha".
Ghal dan il-ghan, qal il-Prim Ministru Malti huwa ta' qofol ghall-Maltin, kif ukoll ghall-gnus l-ohrajn Ewropej u Mediterranji li tissahhah in-newtralità ta' Malta bhala element regjonali ta' siwi. Il-Prim Ministru qal li kien ghalhekk li fis-sittax-il xahar li ghaddew il-Gvern Malti ghazel li jaghti kontribut lill-istabbilità u l-izvilupp tar-regjun tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-politika gdida Ewropea tal-Gvern Malti. Dr. Sant qal li bejn l-1987 u l-1996 il-Gvern precedenti kien ghamel hiltu, bla ma rnexxielu, li jdahhal lil Malta fit-tkabbir Ewropew ta' l-1995. Il-Prim Ministru qal li l-elezzjoni ta' l-1996 tat mandat car lill-Gvern il-gdid biex jibdel ir-rotta. Matul l-ahhar sittax-il xahar, Malta spjegat lill-Unjoni Ewropea r-ragunijiet u l-ghanijiet tal-politika l-gdida taghha li tfittex relazzjoni mill-qrib, minflok shubija shiha. Sadanittant il-Gvern Malti l-gdid fittex li johloq rabta mill-qrib ma' l-U.E. fl-oqsma wesghin tal-hidma id f'id - il-qasam politiku, ekonomiku, socjali, tekniku u xjentifiku, tal-gustizzja u tas-sigurtà. B'din ir-rabta mill-qrib ma' l-U.E. qal il-Prim Ministru, il-Gvern Malti sab li seta' jsib u jdahhal mizuri ta' ristrutturar ta' l-ekonomija Maltija li minghajrha ma jistax ikun hemm zvilupp ekonomiku u socjali f'Malta.
IS-SETTUR BANKARJU
Illum il-Prim Ministru kellu wkoll sensiela ta' laqghat dwar l-oqsma bankarji u ta' zvilupp ekonomiku. Il-Prim Ministru ltaqa' ma' Claude de Kemoularia, President tal-PARIBAS, bank ewlieni fi Franza b'interessi Francizi u Olandizi. Laqgha ohra tal-Prim Ministru llum kienet ma' Charles de Croisset, President ta' Credit Commerciale de France (CCF) li fl-ahhar granet xtrat ishma fil-Lombard Bank. F'dawn iz-zewg laqghat il-Prim Ministru ddiskuta l-interess tal-Gvern Malti biex jara tikber f'Malta l-presenza kummercjali u finanzjarja Franciza mhux lanqas b'investimenti diretti godda.
3
Il-Prim Ministru Malti ltaqa' wkoll ma' Donald Johnston, Segretarju Generali ta' l-Organizzazzjoni ghall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Izvilupp (Organisation for Economic Cooperation and Development) (OECD). Il-Prim Ministru tkellem dwar l-interess tal-Gvern Malti li jzid il-kooperazzjoni fl-oqsma tat-turizmu, l-edukazzjoni u l-ambjent.
Illum il-Prim Ministru zar il-Bibljoteka ta' Parigi u anke zar l-Ufficcju ta' l-AIRMALTA fil-kapitali Franciza. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, l-Avukat John Attard Montalto fil-Konferenza ta' l-IFRI u waqt l-iffirmar tal-ftehim mal-Ministru Chevenement. Id-Deputat Laburista, it-Tabib Adrian Vassallo qieghed jakkumpanja lill-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru Malti jkompli z-zjara tieghu fi Franza ghada t-Tlieta meta mistenni jiltaqa' mal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911