Left arrow Mur Lura

Seminar ghall-Kapijiet tad-Dipartimenti f'Ghawdex

PR0421
Date Icon 09/03/1998

Kapijiet ta' Dipartimenti f'Ghawdex attendew seminar ta' gurnata dwar Managing Meetingsorganizzat mill-iStaff Development Organisation fl-Ufficcju tal-Prim Ministru flimkien mad-Dipartiment tal-Corporate Services fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.

Meta kellem lill-partecipanti fil-bidu tas-seminar, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, qal li laqghat ta' din ix-xorta huma importanti fi zmien meta l-bidliet huma kontinwi u kull organizzazzjoni - privata jew pubblika - trid tkun infurmata tajjeb kemm dwar l-ambjent intern taghha u wisq iktar dwar l-ambjent estern li jinfluwenza d-direzzjoni li tiehu.

Dr Refalo qal li llum tigi kontinwament emfasizzata l-htiega ta' komunikazzjoni tajba u l-laqghat li jsiru bejn l-impjegati u l-imghallma taghhom, huma wkoll forma ta' komunikazzjoni --- ta' delegazzjoni ta' xoghol, bdil ta' ideat u qbil dwar miri li jridu jintlahqu.

"Fi zmien meta qed nitkellmu dwar efficjenza ikbar li s-settur pubbliku kapaci jilhaq, l-impjegati tal-Gvern iridu jfittxu li jaggornaw iktar ruhhom ma' sistemi efficjenti ta' immanigjar u dan huwa wiehed mill-iskopijiet tas-seminar tal-lum," qal Dr Refalo filwaqt li awgura lill-partecipanti li jaghrfu japplikaw sistemi mehtiega biex itejbu l-komunikazzjoni u l-efficjenza fil-post tax-xoghol taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow