Seminar ghall-Kapijiet tad-Dipartimenti f'Ghawdex
Kapijiet ta' Dipartimenti f'Ghawdex attendew seminar ta' gurnata dwar Managing Meetingsorganizzat mill-iStaff Development Organisation fl-Ufficcju tal-Prim Ministru flimkien mad-Dipartiment tal-Corporate Services fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Meta kellem lill-partecipanti fil-bidu tas-seminar, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo, qal li laqghat ta' din ix-xorta huma importanti fi zmien meta l-bidliet huma kontinwi u kull organizzazzjoni - privata jew pubblika - trid tkun infurmata tajjeb kemm dwar l-ambjent intern taghha u wisq iktar dwar l-ambjent estern li jinfluwenza d-direzzjoni li tiehu.
Dr Refalo qal li llum tigi kontinwament emfasizzata l-htiega ta' komunikazzjoni tajba u l-laqghat li jsiru bejn l-impjegati u l-imghallma taghhom, huma wkoll forma ta' komunikazzjoni --- ta' delegazzjoni ta' xoghol, bdil ta' ideat u qbil dwar miri li jridu jintlahqu.
"Fi zmien meta qed nitkellmu dwar efficjenza ikbar li s-settur pubbliku kapaci jilhaq, l-impjegati tal-Gvern iridu jfittxu li jaggornaw iktar ruhhom ma' sistemi efficjenti ta' immanigjar u dan huwa wiehed mill-iskopijiet tas-seminar tal-lum," qal Dr Refalo filwaqt li awgura lill-partecipanti li jaghrfu japplikaw sistemi mehtiega biex itejbu l-komunikazzjoni u l-efficjenza fil-post tax-xoghol taghhom.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911