Sistema gdid ta' hrug ta' passaporti
Is-Sezzjoni tal-Passaporti f'Ghawdex qeghda taghmel uzu minn sistema gdida kompjuterizzata ghall-hrug tal-passaporti, li permezz taghha l-pubbliku jista' jinqeda b'mod iktar efficjenti. Bl-introduzzjoni ta' din is-sistema, is-Sezzjoni tal-Passaporti f'Ghawdex sar ghandha access ghall-informazzjoni kollha dwar hrug ta' passaporti f'Malta u anke f'ambaxxati Maltin barra l-pajjiz.
Din is-sistema, maghrufa bhala machine readable passport issuance system, issegwi process shih inkluz il-verifikazzjoni ta'l-informazzjoni dwar l-applikant ma' lista ta' persuni li ma jkunux awtorizzati jitilqu mill-pajjiz. Il-passaporti awtorizzati jigu mbaghad stampati u l-kwalita' taghhom ivverifikata b'mod elettroniku. Passaporti mahruga b'din is-sistema huma skond standards internazzjonali u jistghu jinqraw minn sistemi kompjuterizzati f'ajruporti madwar id-dinja.
Is-Sezzjoni tal-Passaporti f'Ghawdex tohrog medja ta' 2000 passaport fis-sena. Fi zjara li s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, ghamel lill-istaff ta' din is-sezzjoni, qal li s-sistema gdida applikata f'Ghawdex ghall-hrug ta' passaporti hija ezempju iehor ta' kif il-pubbliku jista' jinqeda b'mod efficjenti u minghajr dewmien zejjed li f'certi kazi jirrizulta mill-periferalita' ta' Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911