Il-Ministru Alfred Portelli jzur ix-xoghol f'Okella Agius
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, zar il-kerrejja ta' Okella Agius, fil-Hamrun, fejn haddiema tat-Taqsima tal-Manutenzjoni tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li jaqa' taht l-istess Ministeru, bhalissa qeghdin iwettqu xoghol estensiv ta' tiswijiet, tikhil u zebgha. Xoghol bhal dan kien ilu ma jsir snin twal.
Dawn il-haddiema infatti qeghdin jaghmlu xoghol fuq il-faccata, fit-tronob, kuriduri u anke aperturi. F'diskors li ghamel il-Ministru qal li dan ix-xoghol jaghmel parti mill-progett ta' manutenzjoni li din it-Taqsima qeghda twettaq fi 30 blokk tal-Gvern fi tliet nhawi ohra tal-Marsa, li huma Tax Xemxija, Triq l-Iskola u t-Telgha ta' Spencer. Hu mistenni li dan ix-xoghol ikun lest ix-xahar id-diehel.
Ir-residenti kienu ilhom is-snin jilmentaw mal-Gvern ta' qabel dwar il-kondizzjonijiet tal-blokki taghhom. Il-haddiema ta' din it-Taqsima minbarra xoghol ta' tikhil, tibjid minn barra u fil-partijiet komuni fuq gewwa, qed jaghmlu wkoll xoghol ta' zebgha ta' aperturi u sahansitra qed jibdlu serraturi, lukketti u cappetti.
Ix-xoghol fil-Marsa qieghed isir skond metodu gdid ta' xoghol li permezz tieghu l-haddiema, minflok jitqassmu f'diversi partijiet ta' Malta, qeghdin imorru kollha f'lokalita' wahda u jlestuha minn kollox.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911