Il-Prim Ministru f'laqghat ma' bankiera ewlieni fi Franza
Il-Prim Ministru Malti Alfred Sant illum beda zjara ta' jumejn fil-kapitali Franciza Parigi fuq stedina tal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin. Filghodu u wara nofsinhar il-Prim Ministru kellu ghadd ta' laqghat dwar l-oqsma bankarji u l-izvilupp ekonomiku.
Dalghodu l-Prim Ministru ltaqa' ma' Claude de Kemoularia, President tal-PARIBAS, bank ewlieni fi Franza b'interessi Francizi u Olandizi. Laqgha ohra tal-Prim Ministru llum kienet ma' Charles de Croisset, President ta' Credit Commerciale de France (CCF) li fl-ahhar granet xtrat ishma fil-Lombard Bank. Il-Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' Donald Johnston, Segretarju Generali ta' l-Organizzazzjoni ghall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Izvilupp (Organisation for Economic Cooperation and Development) (OECD).
Il-lejla l-Prim Ministru se jitkellem dwar il-politika barranija tal-Gvern gdid Malti fl-Istitut Franciz tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IFRI) (Institut Francais des Relations Internationales) ta' Parigi. Aktar tard l-Prim Ministru mistenni jiffirma ghall-Gvern Malti ftehim ta' kooperazzjoni bejn Malta u Franza fil-glieda kontra l-kriminalità organizzata. Ghall-Gvern Franciz se jiffirma l-Ministru ta' l-Intern Jean-Pierre Chevenement. Il-ftehim huwa dwar kooperazzjoni fil-glieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, it-terrorizmu u kontra l-immigrazzjoni illegali.
Ghada l-Prim Ministru Malti se jiltaqa' mal-Prim Ministru Lionel Jospin fil-Matignon fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Franciz.
Iz-zjara tal-Prim Ministru Alfred Sant fi Franza qed issir fuq stedina tal-Prim Ministru Franciz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911