Il-Prim Ministru fi Franza
Il-Prim Ministru Malti ghada t-Tnejn jibda zjara ta' jumejn fil-kapitali Franciza Parigi li matulha se jiltaqa' mal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin. Il-laqgha bejn il-Prim Minisrtu Sant u l-Prim Ministru Jospin se ssir nhar it-Tlieta fil-Matignon, l-ufficju tal-Prim Ministru Franciz. It-tahditiet bjen iz-zewg Prim Ministri mistennija jittrattaw ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u Franza, ir-relazzjonijiet mill-qrib bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u l-process Ewro-Mediterranju, fost l-ohrajn. Din se tkun l-ewwel laqgha ufficcjali bejn il-Prim Ministru Alfred Sant u l-Prim Ministru Lionel Jospin mindu dawn saru Prim Ministri fl-1996 u l-1997 rispettivament. Iz-zjara tal-Prim Ministru Sant fi Franza qed issir fuq stedina tal-Prim Ministru Jospin.
Il-Prim Ministru Malti mistenni jkollu laqghat dwar il-politika barranija ta' Malta. Huwa mistenni jiddiskuti wkoll is-settur bankarju u dak industrijali. Dr. Alfred Sant se jiltaqa' ma' investituri Francizi u mistenni li jkollu laqghat ta' natura kulturali. Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Onor. Adrian Vassallo, Membru Parlamentari Laburista.
Il-Kamra tal-Kummerc u Industrija ta' Parigi qed torganizza seminar ghal industrijalisti u investituri Francizi dwar il-bazi strategika ta' Malta. Ghal din il-laqgha mistenni jattendi wkoll il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u ta' l-Industrija, l-Avukat John Attard Montalto.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911