Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Malti se jiltaqa' mal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin

PR0413
Date Icon 07/03/1998

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant se jkollu tahditiet mal-Prim Ministru Franciz Lionel Jospin f'Parigi waqt zjara ta' jumejn li l-Prim Ministru Malti se jaghmel minn nhar it-Tnejn fil-kapitali Franciza. Din il-laqgha se ssir fuq stedina tal-Prim Ministru Franciz. Il-laqgha bejn iz-zewg Prim Ministri se ssir nhar it-Tlieta fil-Matignon fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Franciz.

Din hija l-ewwel laqgha ufficjali bejn Lionel Jospin u Alfred Sant mindu dawn saru Prim Ministri ta' Franza u ta' Malta fl-1997 u l-1996 rispettivament.

Sadanittant il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Industrija l-Avukat John Attard Montalto nhar it-Tlieta mistenni jiftah seminar f'Parigi dwar il-bazi strategika ta' Malta.

Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Membru Parlamentari Laburista t-Tabib Adrian Vassallo.

BIOGRAFIJI

LIONEL JOSPIN

LIONEL JOSPIN studja fl-Istitut ta' l-Istudji Politici ta' Parigi. Bhala borzista kien joqghod fil-Belt Universitarja u f'dan iz-zmien beda jsir attiv fil-Partit Socjalista Franciz. Bhala Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin Jospin mexxa konferenzi multilaterali kbar fil-qasam ekonomiku.

Jospin telaq il-karriera diplomatika biex isir aktar habrieki fil-karriera politika. Fl-24 ta' Jannar 1981, fuq xewqa ta' Francois Mitterand, Jospin sar Segretarju ewlieni u fit-12 ta' Mejju sar Ministru ta' l-Edukazzjoni fejn dam sat-2 ta' April 1992. Fl-1995 Jospin ikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali ma' Jacques Chirac. Fl-elezzjoni generali ta' l-1997, Lionel Jospin mexxa lill-Partit Socjalista Franciz ghal rebha elettorali u sar Prim Ministru fit-2 ta' Gunju 1997.

ALFRED SANT

ALFRED SANT studja x-Xjenza fl-Università ta' Malta, id-Diplomazija fl-Istitut Internazzjonali ta' l-Amministrazzjoni Pubblika ta' Parigi, l-Amministrazzjoni tal-Kummerc f'Boston u ha d-Dottorat fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Universita` ta' Harvard.

Alfred Sant serva fil-Missjoni Maltija tal-Kommunita` Ewropea fi Brussels, fil-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp u kien konsulent fis-settur privat u fis-settur pubbliku. Sar President tal-Partit Laburista fl-1984; fl-1987 sar Membru Parlamentari; u fl-1992 lahaq Mexxej tal-Partit Laburista. Fl-elezzjoni generali tal-1996 mexxa lill-Partit Laburista ghal rebha elettorali u sar Prim Ministru fit-28 ta' Ottubru 1996.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow