Kampanja ta' erba' gimghat favur is-sahha tal-mara
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr. Michael Farrugia llum indirizza konferenza stampa fil-bini tal-Ministeru, f'Santa Venera. Il-gurnalisti prezenti gew indirizzati wkoll mis-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, Ms. Helena Dalli.
B'din il-konferenza zewg okkazjonijiet ta' kommemorazzjoni qed jigu marbuta flimkien. L-okkazjonijiet huma Jum il-Mara (li jigi mfakkar fit-8 ta' Marzu) u l-Jum Dinji tas-Sahha (7 ta' April). Din is-sena, it-tema maghzula mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ghal din l-okkazjoni hi Safe Motherhood.
B'rabta bejn dawn iz-zewg okkazjonijiet, il-Ministru Michael Farrugia, flimkien mas-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa Ms. Helena Dalli, nedew kampanja ta' erba' gimghat li ghandha tiffoka fuq is-sahha tal-mara. Il-Ministru Farrugia habbar x'sejrin ikunu s-suggetti specifici f'kull wahda minn dawn il-gimghat:
- l-ikel, id-dieta u z-zamma kif suppost tal-persuna tal-mara;
- it-tipjip fost in-nisa meta jkunu ghadhom ta' eta zghira, fi zmien ta' tqala, u meta jkunu f'ambjent maghluq mimli foga tas-sigaretti;
- is-sahha mil-lat emozzjonali fin-nisa, b'relazzjoni mal-menopawsa u d-dipressjoni li xi nisa taqbadhom wara l-hlas;
- l-istat ta' sahha maternali, partikolarment matul il-perjodu tat-tqala u kif dan l-istat jghin lit-tarbija fil-guf.
Biex ic-cittadini Maltin, partikolarment in-nisa, ikunu hafna aktar konxji tat-temi mqanqla, il-Ministru Michael Farrugia habbar ukoll li, f'dan l-istess perjodu d-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha sejjer jippubblika tliet posters fuq l-istess suggetti maghzula. Wiehed minn dawn il-postersedukattivi gie mniedi waqt l-istess konferenza stampa. Dawn il-posters jikkumplimentaw numru ta' booklets li l-istess Dipartiment ghandu fuq dawn is-suggetti u ohrajn relatati. Il-Ministru Michael Farrugia fakkar li din il-letteratura tista' tinkiseb b'xejn mic-Centru ghall-Promozzjoni tas-Sahha li hemm f'Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta (hdejn id-Dipartiment tas-Sahha) u mic-Centri tas-Sahha mferrxa ma' Malta u Ghawdex.
Il-Ministru Michael Farrugia semma' wkoll li, minn statistika ppubblikata mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, jirrizulta li l-mara Maltija hi b'sahhitha sew meta mqabbla ma' nisa ohra f'diversi partijiet ohra tad-dinja.
Skond din l-istatistika:
- f'pajjizna, ma jezistix riskju li mara tmut lejn l-ahhar tat-tqala, waqt, jew inkella ezatt wara l-hlas;
- ir-rata ta' assistenza waqt il-hlas hi ta' 98%;
- l-imwiet fost it-tfal tat-twelid hi ta' 10 kull 1000 tarbija li titwieled.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li ghalkemm din hi statistika taghmlilna unur, irid ikompli jsir sforz kbir biex dawn il-livelli gholjin jinzammu u jkomplu jitjiebu.
Fil-fatt, mizura fil-qasam tas-sahha tal-mara li qeghda tigi zviluppata attivament bhalissa hi l-breast screening fost in-nisa b'riskju gholi li jkollhom din il-marda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911