Zjara mill-Ambaxxattrici ta' l-Istati Uniti lill-Ministru Michael Farrugia
L-Ambaxxattrici ta' l-Istati Uniti, l-E.T. Kathryn Haycock Proffitt ghamlet zjara ta' koretsija lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr, Michael Farrugia.
Matul din il-laqgha, gew diskussi r-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, b'mod partikolari fejn tidhol koperazzjoni fil-qasam tas-Sahha. Il-Ministru Farrugia gharraf lill-Ambaxxtrici b'inizjattivi godda li d-Dipartiment tas-Sahha sejjer jiehu fil-gejjieni qarib biex ikompli dejjem jitjieb dan is-settur f'pajjizna.
Il-Ministru irrefera wkoll ghall-fatt li numru ta' gradwati tal-medicina qed imorru jispecjalizzaw f'Universitajjiet Amerikani. Ma' l-Ambaxxattrici ta' l-Istati Uniti se tigi esplorata l-possibilita li aktar Universitajjiet Amerikani jkunu lesti li jilqghu gradwati tal-medicina minn Malta biex ikomplu fl-ispecjalizzazzjonijiet taghhom.
Il-Ministru Michael Farrugia awgura lill-E.T. Proffitt fil-kariga l-gdida taghha u sabiex il-koperazzjoni fil-qasam tas-sahha tissahhah.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911