Left arrow Mur Lura

Bil-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija zdied bil-kbir l-ghadd ta' pulizija fit-toroq

PR0392
Date Icon 05/03/1998

Il-prezenza tal-Pulizija zdiedet bil-kbir fl-imkejjen kollha tal-pajjiz kif ukoll zdiedu l-ghadd tal-pulizija li qed jiggieldu t-traffikar tad-droga u l-kriminalita` u l-ghadd ta' pulizija tat-traffiku fit-toroq mindu beda jithaddem il-Programm ta' Modernizzazzjoni tal-Pulizija li tnieda f'Mejju 1997. L-istatistika turi li mhux biss inzammet il-prezenza tal-pulizija fin-nahat kollha ta' Malta u Ghawdex, izda zdiedet minhabba fil-process li bih dehlin impjegati pajzana fil-Korp ghal funzjonijiet essenzjali tal-Korp li sa ftit ilu kienu jsiru minn pulizija bl-uniformi.

It-titjib li sar fis-servizz li l-Pulizija taghti lill-pubbliku jidher car f'ghadd ta' oqsma. Fid-Distretti l-pulizija zdiedu b'5% bil-ghan li titkattar iz-zamma u l-harsien ta' l-ordni fil-bliet u l-irhula kollha tal-gzejjer Maltin. It-Taqsima ta' l-Istharrig Kriminali, Drogi u Frodi, il-forza tal-pulizija zdiedet bi 8% biex il-pulizija jkollhom aktar rizorsi umani biex jiggieldu l-kriminalita`. Kien hemm zjieda kbira ta' 22% fit-Taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku biex ikunu osservati ahjar ir-regolamenti tas-sewqan fit-toroq.

Mindu beda jithaddem il-programm ta' modernizzazzjoni, l-aktar mindu dahlu x-shifts il-godda f'nofs Frar, l-ghadd ta' pulizija li jahdmu nhar ta' Hadd fid-Distretti ma naqasx kif irrapurtaw certi gurnali, izda nzamm kif kien u sahansitra zdied. Dan jidher car minn din l-istatistika:

Il-Hadd, 15 ta' Frar - meta l-bidliet kienu ghadhom ma dahlux fis-sehh - kien hemm 392 pulizija (fosthom 29 xufier). Fl-ewwel Hadd ta' wara l-bidu tal-programm ta' modernizzazzjoni (22 ta' Frar) kien hemm 410 pulizija (barra mid-29 xufier tal-Hadd ta' qabel).

Il-programm ta' modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ghen biex jizdiedu l-hidmiet u l-operazzjonijiet tal-Korp illi jhaddnu :

  • It-tishih tal-presenza tal-pulizija fit-toroq sabiex ikun hemm tmexxija ahjar tat-traffiku fit-toroq ewlenin taghna, meqjusa ghal zmien twil bhala problema socjali;
  • Id-dhul tal-iskema tat-'Towing & Clamping' mahsuba biex izzid id-dixxiplina fit-toroq u r-rispett lejn il-pubbliku li juza dawn it-toroq kemm bil-karozza u kemm bil-mixi;
  • Id-dhul ta' l-ewwel fazi tal-iskema 'Bumper to Bumper' li naqqset il-htiega li l-Pulizija jhallu d-dmirijiet ewlenin taghhom biex ilahhqu ma' dawn l-incidenti u li naqqset ukoll il-kongestjoni tat-traffiku. Minkejja t-tmaqdir li garrbet, din l-Iskema irnexxiet hafna;
  • L-uzu ragunat ta' l-Ispecial Assignment Group (SAG) bil-ghan li dan il-grupp iwettaq ir-rwol tieghu ahjar fis-socjeta' taghna. Dan il-programm qanqal il-htiega li t-Taqsima SCUBA tmur fil-Forzi Armati sabiex ma jkunx hemm dupplikazzjoni tax-xoghol waqt li t-Taqsima tat-Tifi tan-Nar u l-funzjonijiet tas-Salvatagg se jmorru mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili;
  • Abbozz ta' Ligi tal-Pulizija li johloq il-qafas legislattiv ghall-Korp skond il-htigiet tas-socjeta' taghna llum;
  • Spinta biex il-Livell tal-Korp tal-Pulizija jitjieb billi membri tal-Korp jintbaghtu ghal korsijiet shah li jwasslu ghal grad fl-Universita` ta' Malta. Diga` ntbaghtu seba' pulizija ghal Programmi Full-Time u 15 ghal Progammi Part- Time;
  • Is-sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-hatra ta' Surgenti u Spetturi; ta' l-ahhar se jmorru ghal korsijiet Universitarji ta' kadetti bi shab ma' l-Universita` ta' Portsmouth.

Dan il-programm ta' modernizzazzjoni sar bil-ghan li jkunu utilizzati ahjar ir-rizorsi umani u finanzjarji tal-Korp tal-Pulizija b'manjiera li tikseb aktar b'anqas, waqt li jkun zgurat li titjieb il-prezenza tal-pulizija fl-Ghases, fit-toroq u fl-imkejjen kollha li jkun hemm bzonn. Fattur ewlieni li ghen biex tizdied il-prezenza tal-pulizija fit-toroq kien li ghadd sostanzjali ta' pulizija li ghal snin twal kienu qeghdin jaqdu dmirijiet amministrattivi hargu barra biex jaghtu servizz aktar dirett lill-pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow