Left arrow Mur Lura

Malta 2000 - Il-Progett Nazzjonali ghall-Millenju 'l gdid

PR0373
Date Icon 02/03/1998

MALTA 2000 huwa l-progett nazzjonali ghall-Millennju l-gdid u se jkun jikkonsisti fil-bini u fl-izvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta. Il-progett mistenni li jitlesta sal-Harifa tas-sena 2000. Dan thabbar il-lejla mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant fil-Parlament. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern iddecieda li s-sit tat-Teatru Rjal jigi zviluppat bhala Centru ghal attivitajiet kulturali, rekreattivi u kummercjali, f'ghaqda ma' l-izvilupp ta' plazas taht l-art - kemm taht is-sit tat-Teatru Rjal u kemm taht Pjazza Helsien - li jservu ghal attivitajiet kummercjali, rekreattivi u kulturali u bhala parkegg. L-izvilupp taht Pjazza Helsien - li tibqa' fil-forma taghha tal-lum bhala spazju miftuh - se jkun parti integrali mill-progett.

Il-progett ghandu jghaqqad f'kumpless wiehed mhux biss il-karatteristici taz-zewg siti, li huma differenti, izda wkoll jikkumplimenta mal-bini ta' madwaru. B'hekk iz-zona kollha tigi toffri dehra gdida u isbah, kif verament jixraq lill-belt kapitali ta' Malta. Il-Prim Ministru qal li zvilupp bhal dan jaghti lil-belt Valletta il-possibilta li ggedded l-attrazzjonijiet taghha fuq il-mudell ta' x'gara fi bliet ohra Ewropej u Amerikani, waqt li ssostni l-karattru li tradizzjonalment hu taghha.

MALTA 2000 se jkun jikkonsisti:

---fil-bini ta' envelopp fiziku ekwivalenti ghal dak li l-antik Teatru Rjal kellu 'l fuq mill-art;

---fil-bini ta' saffi taht l-art tat-Teatru ta' hames sulari jew aktar, ghal zvilupp kummercjali, kulturali u rekreattiv u ghall-parkegg;

---fil-bini ta' saffi taht Pjazza Helsien ta' hames sulari jew aktar ghal zvilupp kummercjali, kulturali u rekreattiv, u ghall-parkegg.

Minn barra, l-bini l-gdid irid jintegra ruhu mal-karatteristici storici tal-bini tal-Belt u skond kif fattibbli, ghandu jfakkar fil-karatteristici tat-Teatru meqrud. Il-bini l-gdid irid joffri facilitajiet moderni, innovattivi u informattivi, waqt li jlaqqa' interessi kummercjali u kulturali li jservu ghal diversi skopijiet u attivitajiet biex jaghtu aktar hajja lill-Belt Valletta.

Il-Prim Ministru qal li mhuwiex il-hsieb li l-parametri ghall-progett jitwessghu b'xi mod biex jinkorporaw fihom xoghlijiet aktar wiesgha bhal per ezempju xi bidla fid-dahla tal-Belt.

Il-Gvern se joffri lis-settur privat li jidhol ghal dan il-progett fuq bazi li jipprovdi d-disinji, li jibni l-progett a spejjez tieghu, fuq il-mudell ta' "design and build", u mbaghad wara jmexxi l-progett. Se tinhareg sejha ghal offerti ghall-progett kollu, li b'mod trasparenti tippermetti li tinghazel l-offerta li tkun l-aktar wahda vantaggjuza fuq kriterji ta' pregju arktitetturali u ta' interess finanzjarju.

Min jintghazel ghal dan l-izvilupp ikun irid jipprovdi l-finanzjament kollu hu u jinghata emfitewzi favur tieghu ta' 99 sena fuq il-progett kollu. Fl-istess hin, irid jaqbel li jghaddi lill-Gvern ghal uzijiet pubblici u bi tmexxija pubblika, 35 fil-mija ta' l-izvilupp 'il fuq mit-triq fil-medda ta' l-antik Teatru Rjal. Dan l-ispazju jghaddih lill-Gvern, imghammar u lest biex jintuza bhala facilita ta' auditorium u bhala spazju ghall-esibizzjonijiet. Barra minn hekk, il-promotur jghaddi lill-Gvern sular ta' parkegg taht l-art.

Huwa mahsub li s-sejha ghall-offerti tohrog ghal nofs April u l-offerti jintlaqghu sa nofs Mejju. Il-proposti kollha jkunu esibiti ghall-pubbliku u miflija minn kumitat agudikattiv fuq kriterji kemm arkitettonici kif ukoll finanzjarji. Huwa mistenni li l-offerta tinghata ghall-ahhar ta' Gunju ta' din is-sena biex ix-xoghol ikun jista' jinbeda immedjatament.

Qed jinhatar kumitat tal-Kabinett biex ikollu tahtu t-tmexxija generali tal-progett. Il-membri ta' dal-kumitat li se jkun presedut mill-Prim Minisru, huma: id-Deputat Prim Ministru Dr George Vella, il-Ministri Evarist Bartolo, Charles Buhagiar, u Karmenu Vella u Dr George Abela. Il-kumitat agudikattiv u kumitati ohra tat-tmexxija tal-progett MALTA 2000 ikunu taht id-direzzjoni generali ta' dan il-kumitat tal-Kabinett.

Il-Prim Ministru qal li l-progett MALTA 2000 ghandu jissodisfa x-xewqa tal-poplu Malti biex ikun kommemorat kif jixraq il-bidu ta' millenju gdid. Il-progett ghandu jilqa' x-xewqa tal-poplu biex titnehha x-xena ta' qerda li ghal zmien twil wisq, baqghet dominanti f'parti centrali tal-Belt Valletta. Ghandu jghin biex ikunu mgedda l-wirt storiku u kulturali kif ukoll il-hajja urbana fil-kapitali ta' pajjizna.

Fuq kollox, dan il-progett ghandu jaghti xhieda tar-rieda moderna u progressiva tal-poplu Malti biex ihares lejn il-futur b'fiducja shiha fil-hila u fit-talenti tieghu.

F'Gunju li ghadda, l-Kabinett approva t-twaqqif ta' kumitat ministerjali biex jistieden lill-pubbliku jaghti s-suggerimenti tieghu dwar progett nazzjonali li seta' jsir biex jimmarka l-bidu ta' seklu u millenju gdid. Il-kumitat, presedut mid-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent Dr George Vella kellu jikkunsidra s-suggerimenti li jsiru u jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu.

Fid-9 ta' Lulju 1997, il-kumitat ta konferenza stampa u stieden lil kull min kien interessat biex fi zmien xahrejn jissottometti suggerimenti ghal progetti xierqa biex jigi kommemorat l-avveniment tal-Millenju l-Gdid.

Il-kumitat ircieva 15 il-proposta li jvarjaw mill-bini ta' statwa kbira ta' San Pawl, ghall-holqien ta' Gnien Mediterranju. Erba` proposti trattaw l-izvilupp tas-sit fil-Belt Valletta fejn qabel kien hemm it-Teatru Rjal.

Fil-ghazla ta' progett li jkun xieraq, il-Gvern ried li dal-progett jaghti turija tad-dinamizmu u l-vizjoni li jemmen li ghandhom jispiraw lill-gens Malti ghas-snin li gejjin, fil-qafas ta' socjeta moderna. Kellu jkun progett li jiehu post centrali fil-mod kif il-Maltin u l-Ghawdxin iharsu b'fiducja lejn il-futur waqt li jghozzu l-wirt ta' l-imghoddi.

Bl-istess mod, il-Gvern jifhem li l-progett m'ghandux ghalfejn ikun wiehed li t-twettiq tieghu bil-fors jikkoincidi bl-ezatt mal-qalba tas-seklu, tigri meta tigri dil-qalba fl-1 ta' Jannar ta' l-2000 jew ta' l-2001. L-aqwa hu li bis-sehh tieghu fi zmien ragonevoli, il-progett juri li qed niffaccjaw zmien ta' tigdid, fejn Malta qed tilqa' l-isfidi li jpoggu quddiemha il-htiega ta' modernizazzjoni u l-vokazzjoni Ewro-Mediterranea taghna.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern jemmen li l-hidma ghall-progett ghandha tirrispetta kemm jista' jkun id-dixxiplina stretta li jehtieg tinzamm fil-qasam tal-finanzi pubblici. Ghandha tirrispetta barra minn hekk, il-politika li l-Gvern qieghed jippromwovi li jiftah spazji godda ghas-settur privat biex dan jaghti kontribut siewi lill-izvilupp modern ta' pajjizna. Il-Prim Ministru qal li jkun sinjal xieraq tad-dinamizmu li rridu nkebbsu fost il-poplu Malti jekk b'hidma gdida inwittu u nergghu nibnu dir-rovina li thalliet fic-centru tal-Belt taghna ghal aktar minn nofs seklu. Fil-gimghat li gejjin, il-pubbliku jkun jista' jaghmel il-kummenti u s-suggerimenti tieghu. Se jkunu jistghu jsiru d-diskussjonijiet kollha mehtiega ma' kull min hu interessat qabel jitlesta d-dokument finali li fuqu ssir l-ghazla.

Il-Prim Ministru pogga fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-"Development Brief" li tfassal mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici flimkien ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Dan id-dokument jinkorpora fih l-oggettivi, il-linji generali dwar l-uzu, id-disinn u l-process ta' kostruzzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet dwar id-dokumenti teknici mehtiega. Id-"Development Brief" jigbor fih taghrif dwar kif se ssir l-ghazla ta' min se jibni l-progett u hwejjeg ohra relatati.

Nhar it-Tlieta 7 ta' April 1942, l-ajruplani tal-Luftwaffe farrku t-Teatru Rjal li kien inbena fis-sena 1866. F'dawn l-ahhar sitta u hamsin sena, saru diversi sforzi biex is-sit tat-Teatru jerga' jinbena imma l-ebda wiehed minnhom ma rnexxa.

Il-Prim Ministru l-lejla ta Konferenza ta' l-Ahbarijiet dwar is-suggett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow