Left arrow Mur Lura

Zjara ta' l-ahhar mill-Ambaxxatur Taljan lill-Ministru Michael Farrugia

PR0366
Date Icon 27/02/1998

Nhar il-Hamis, is-26 ta' Frar 1998, l-Ambaxxatur Taljan Marco Colombo ghamel zjara ta' l-ahhar ghand il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia.

Tul din il-laqgha l-Ambaxxatur Colombo qal li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja fil-qasam tas-sahha huma fuq bazi soda tant li fir-raba' protokol finanzjarju, bejn 5 u 10 fil-mija tal-vot huwa allokat ghas-servizzi tas-sahha. Il-Ministru Farrugia qal li digà hemm diversi oqsma tas-sahha li r-relazzjonijiet bilaterali fihom huma tajba hafna, fosthom dawk tat-trapjanti. L-Ambaxxatur Taljan qal li l-livell tas-servizzi tas-sahha f'Malta huwa wiehed mill-aqwa u hemm lok fejn it-Taljani jiehdu ezempju minn Malta dwar dan. Huwa sahaq li l-kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi ghandha tkompli tikber ghaliex ghandna mnejn nitghallmu minn xulxin.

Il-Ministru Farrugia ikkonferma dan u qal li qed jitfasslu pjani ghal kooperazzjoni akbar bejn iz-zewg pajjizi. Huwa temm billi awgura lill-Ambaxxatur Colombo ghall-kariga gdida li ser jokkupa fl-Italja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow