Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Konsli Onorarji

PR0358
Date Icon 26/02/1998

It-tahdidiet teknici li kellhom iwasslu ghal zona ta' kummerc hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kienu bdew. Dan habbru l-Prim Ministru illum waqt li kien qieghed jindirizza l-laqgha generali annwali ta' l-Assocjazzjoni tal-Konsli Onorarji gewwa l-Kamra tal-Kummerc, il-Belt.

Waqt li rringrazzja lill-Konsli tax-xoghol siewi li kienu qed iwettqu, il-Prim Ministru qal li l-Gvern ried li t-tahdidiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jsiru fi sfond ta' konsultazzjoni kontinwa bejnu, il-korpi kostitwiti u l-unions. Il-Gvern ma kien se jzomm xejn mistur minn hadd u zgur ma kienx se jahbi, bhal ma kienet ghamlet l-amministrazzjoni l-ohra, fuq il-kwistjoni tal-levies. Ghal dan il-ghan kien se jinholoq task force li x-xoghol tieghu kien se jkun sewwasew dak li jzomm lill-partijiet kollha nfurmati b'dak kollu li jkun ghaddej. Fl-istess hin il-Gvern kien se jibda tahdidiet biex jara x'ghajnuna kien se jkollha bzonn l-industrija biex issir l-istrutturazzjoni.

Dr Sant qal li l-Gvern ried li jkollu l-aqwa relazzjonijiet possibbli ma' l-Unjoni Europea. Dawn ir-relazzjonijiet kellhom ikunu msejsa fuq rabta kuntrattwali fil-qasam politiku, dak ekonomiku u kummercjali, dak tas-sigurta`, kif ukoll dak ta' l-ambjent. Din ir-rabta kienet tista' ssir skond il-Ftehim ta' Assocjazzjoni li kien inbeda fl-1970 u li, ghal snin twal, ma baqax jimxi 'l quddiem.

Il-Prim Ministru fakkar lil dawk prezenti li l-Gvern kellu mandatt elettorali mill-poplu biex isegwi t-triq ta' Zona ta' Kummerc Hieles. Minkejja kull diskors fuq fondi strutturali, shubija shiha fl-Unjoni Ewropea kienet iggib maghha obbligi li jitfghu lill-pajjiz fi zvantagg. Il-Gvern kellu miri precizi li setghu jintlahqu bla tbatija.

Il-punt tat-tluq tal-Kummissjoni Ewropea kien li zona ta' kummerc hieles jitlahaq fi zmien tliet snin. Min-naha tieghu il-Gvern kien qed jghid li dan seta' jsir fi zmien hames jew seba' snin. Fuq it-terminu ta' zmien riedu jsiru negozjati ghax zgur li certi oqsma kien se jkollhom bzonn aktar zmien minn ohrajn. Fuq kull settur setghu jsiru negozjati hlief ghall-biedja. Dan il-qasam kien se jkun hieles ghal kollox minn kull arrangament li seta' jitlahaq ma' l-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow