Il-Prim Ministru jitkellem dwar il-bzonn li s-socjeta' tibqa' tiehu hsieb l-Anzjani
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li aktar ma' s-socjetà tizviluppa, aktar irid ikollna servizzi tas-sahha f'sikkithom, specjalment meta qeghdin nghixu f'socjetà li dejjem qeghda tixjieh.
Il-Prim Ministru dalghodu tkellem waqt seminar f'Villa Messina ir-Rabat, intitolat Putting a Price to Ageing, u qal li waqt li fis-settur tas-sahha hemm wisa' shih ghas-settur privat,il-Gvern irid jizgura li jkompli jipprovdi hu stess servizzi tas-sahha li jkunu, kemm bhala struttura u kemm bhala servizz, l-aqwa fil-pajjiz. F'dan il-qasam qieghed kull ma jmur ifegg lok ta' ko-operazzjoni akbar bejn is-settur privat u s-settur pubbliku. Il-Gvern qed izomm ghajnejh miftuha biex fejn jara li jkun fl-interess tieghu u tas-servizz, ma joqghodx lura milli jissieheb mal-privat fejn jinhass il-bzonn.
Il-Prim Ministru qal li tajjeb li jkollok servizzi tas-sahha privati, izda mhux sewwa li l-pajjiz iserrah fuqhom aktar minn kemm hu xieraq jew kemm jifilhu. Wara kollox jibqa' l-fatt li dawn huma entitajiet kummercjali wkoll u l-impenn taghhom, fl-ahhar mill-ahhar, huwa relatat mal-profitt li jirnexxilhom jaghmlu. Il-Gvern il-gdid iqis li huwa fl-interess tieghu ukoll li s-settur privat izomm shih biex ghal anqas parti mil-piz ma taqax fuqu bla bzonn.
Il-Gvern iqis li s-settur privat huwa f' pozizzjoni tajba li jipprovdi parti mis-servizzi tas-sahha specjalment dawk konsidrati bhala servizzi zghar jew mhux essenzjali.
Il-Prim Ministru qal li fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani diga' hemm attività msiehba bejn is-settur privat u s-settur pubbliku. Din digà tahdem u qeghda tigi evalwata fi stadju avvanzat. Dan qieghed isir kemm fil-qasam ta' t-tqassim ta' l-ikel lill-anzjani f' nofs in-nhar u kemm fit-tmexxija ta' d-dar ta' l-anzjani fiz-Zejtun. Il-Prim Ministru semma l-kontribut kbir li qeghda taghti l-Knisja Maltija f' dan il-qasam, kontribut li huwa siewi hafna u konsidrat bhala monumentali f' dan il-pajjiz.
Dr. Sant qal li barra milli qieghed jissieheb mal-Gvern jidher li s-settur privat sejjer tajjeb ukoll ghal rasu. Dan huwa ta' pjacir anke ghall-Gvern il-gdid, qal Dr. Sant, billi jidher li hemm lok li parti mill-impenn fil-kura ta' l-anzjani tista' u qeghda tittiehed mill-privat b'mod sostenibbli.
Il-Prim Ministru qal li dan l-ahhar kien hemm interess kbir mill-privat fil-bini ta' djar ghall-anzjani. Il-Gvern il-gdid hawnhekk ghandu tliet triqat kollha miftuhin ghalih. Wahda hi li jkompli hu stess jibni djar ghall-anzjani li mbaghad jattrezzahom u jmexxijhom hu stess. It-tieni triq hija li jibni hu u jattrezza djar li mbaghad jitmexxew mill-privat b' mod awtonomu però taht il-harsien tal-Gvern. Din it-tip ta' tmexxija tinghata b' tender ghal perjodu definit u ghalhekk il-Gvern ikun jista' jaghzel hu min jista' jofrilu l-ahjar kundizzjonijiet ghal dan is-servizz. It-tielet alternattiva hija li l-Gvern jikri s-servizz shih minn ghand il-privat skond il-bzonn. Dawn it-tliet triqat ma jgennbux wahda lil ohra u t-tlieta jistghu, hin jew iehor, ikunu l-ahjar ghazla f' cirkustanzi partikolari. Il-fatt li jkollu alternattivi differenti miftuhin ghalih, kollha ipoggu l-Gvern f' pozizzjoni tajba li jaghzel minnhom kif ikun fl-ahjar interess tieghu. Per ezempju jekk il-Gvern jiffaccja cirkostanzi akuti, però temporanji, ta' nuqqas ta' postijiet ghall-anzjani, dan jista' jaghzel li jikri s-servizzi minghand il-privat.
Il-Prim Ministru qal li l-ahjar ghazla fuq zmien aktar fit-tul ikun li l-Gvern ikollu s-serhan il-mohh li ghandu l-postijiet u l-infrastruttura tieghu li, f' kaz li s-settur privat ma jkomplix jiggarantixxi il-partecipazzjoni tieghu, allura mbaghad il-Gvern ikollu d-djar tieghu. Anke din il-vizjoni qeghda hawnhekk biex wiehed jitkellem fuqha u jgharbilha sewwa biex, jekk tista' tinstab triq ohra u ahjar, allura mbaghad nimxu minnha.
Dr. Sant qal li dawn il-laqghat jghinu biex wiehed jara l-perspettiva ta' l-iehor f' kull qasam u wara, flimkien, jigu mfassla soluzzjonijiet li jkunu miftiehma u maqbula minn kullhadd. Il-Prim Ministru qal li s-settur privat irid ikun konxju sewwa dwar il-policies li jkun miexi fuqhom il-Gvern biex jippjana l-attività tieghu kif jixraq. Hekk ukoll il-Gvern jehtieg ikun konxju tal-aspettattivi, l-intenzjonijiet u l-potenzjal tas-settur privat biex ikun jista' mbaghad ifassal l-attività tieghu skond il-kaz.
"Fil-qasam ta' l-anzjani zgur li jinhass dan il-bzonn biex jigu diskussi issues li jolqtuna", qal il-Prim Ministru. Hu qal li f'pajjizna l-qasam ta' l-anzjani jittiehed b'serjeta u impenn li jaghti ezempju lil hafna pajjizi ferm akbar u aktar zviluppati minna. Il-Prim Ministru qal li huwa l-pjacir tal-Gvern il-gdid li hawn fil-pajjiz l-Istitut Internazzjonali tal-Anzjanita' u li dan jiehu sehem attiv fil-qasam internazzjonali. "Huwa ta' pjacir akbar li l-istess Istitut issa qieghed juri izjed impenn u partecipazzjoni fil-qasam ta' l-anzjani f'pajjizna u li qieghed kull ma jmur jiehu parti akbar mal-Gvern f'dawn l-oqsma. Dan qieghed ikun ta' siwi ghat-tnejn u l-awguri tieghi huma li din l-attivita' titkompla".
Il-Prim Ministru qal li l-popolazzjoni taghna qeghda dejjem tixjieh u ghalkemm fih nnifisu huwa fenomenu sabih irridu nhallsu ghalih. "Hemm prezz li s-socjeta trid thallas ghal dan il-privilegg. L-isfidi taghna huma li rridu naraw li norganizzaw irwiehna biex inhallsu dan il-prezz bl-anqas tbatija jew skossi u biex bl-isforzi u r-rizorsi li jkollna ghal dan il-ghan naqdu l-aktar bzonnijiet possibbli", qal Dr. Sant.
Il-Prim Ministru qal li irridu nkomplu niggeneraw bizzejjed attivita' ekonomika biex nassiguraw pensjonijiet dejjem ahjar ghall-htigijiet ta'l-anzjani u pensjonanti taghna ghaz-zmien li gej. B'dan biss nistghu nassiguraw li l-anzjani taghna jkollhom l-ahjar livell tal-ghixien. Jidher dejjem aktar car li l-Gvern mhux biss irid ikun it-tmun hawnhekk izda hu stess irid ikollu l-akbar sehem fl-organizzazzjoni ta' sistemi tal-pensjonijiet fil-qafas tas-sigurta socjali.
Il-Gvern ghandu dmir mhux biss li jara li kull sistema bhal din tkun vijabbli finanzjarjament, izda aktar minn hekk u b' kuntrast mas-settur privat, ghandu dmirijiet socjali li fl-ahhar minn l-ahhar dejjem ser jaqghu fuqu. Waqt li s-settur privat l-akbar qies tieghu huwa l-profitt, ghall-Gvern dan huwa sekondarju waqt li l-ewwel qisijiet tieghu huma l-bzonnijiet socjali. Ghalhekk waqt li l-Gvern qatt ma'hu ser ikun kontra skemi ta' pensjonijiet privati li c-cittadini jistghu jidhlu ghalihom mal-privat, irid jara li kulhadd, kull cittadin ikompli bl-obbligu li jidhol fis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni u li din tinzamm fl-ahjar qaghda possibbli. B'hekk biss ic-cittadini jistghu jserrhu mohhhom kif jixraq ghall-gejjieni.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911