Konferenza Internazzjonali fuq id-Diplomazija
PR0256
12/02/1998
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, dalghodu fetah il-Konferenza Internazzjonali fuq id-Diplomazija Moderna. Din il-konferenza, li se ddum sejra sal-15 ta' Frar 1998, qed tkun organizzata mill-Akkademja Mediterranja ta' l-Istudji Diplomatici.
Fost il-kelliema li se jindirizzaw il-konferenza, hemm is-Sur Vladimir Petrovsky, Direttur ta' l-Ufficcju Ewropew tal-Gnus Maghquda, kif ukoll akkademici u diplomatici minn diversi pajjizi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911