Evitat telf ta' eluf ta' Liri Maltin fuq l-importazzjoni ta' patata taz-zriegh
Gie evitat telf ta' eluf ta' Liri Maltin minn fuq il-kuntratt ta'patata taz-zrigh li jimporta l-Gvern. Dan il-kuntratt, li kien sar mill-Gvernprecedenti, kien jorbot lill-Ministeru tal-Biedja u Sajd li jixtri 800tunnellata ta' patata ta' zrigh tat-tip Arran Banner (tal-qatgha bajda) kullsena ghal perjodu ta' tliet snin li bdew minn Novembru ta' l-1996 sa Novembruta' l-1998, tkun xi tkun l-ordni tal-bdiewa lokali.
Kawza ta' din il-kundizzjoni fil-kuntratt, jigifieri li tkun xitkun l-ordni tal-bdiewa lokali, l-Gvern kien marbut li jixtri 800 tunnellatakull sena, inholqot sitwazzjoni fejn bejn 300 u 400 tunnellata kull sena kienuqed ikunu impurtati zejda.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia metainforma lill-Agricultural Export Marketing Board li ntlahqu arrangamentimal-kuntrattur Irlandiz sabiex it-800 tunnellata ordnati ghal Novembru ta' dinis-sena mill-Ministru precedenti jinqasmu f'zewg ordnijiet ta' 400 tunnellatal-wahda, bl-ahhar 400 tunnellata tinxtara fl-1999 flok 800 tunnellata fl-1998.
Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li bejn 300 u 400tunnellata ta' patata taz-zrigh zejda ghall kull sena, ghal perjodu ta' tlietsnin, prattikament kienu sejrin jammonta ghal telf ta' madwar Lm150,000.
Huwa spjega li bl-impenn ta' l-Ufficjalitad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, tal-Ministeru, l-Agriculture ExportMarketing Board u ohrajn, sar telf biss mill-ewwel konsenja ta' 800tunnellata li waslet Malta fl-ahhar ta' Novembru 1996 jew ahjar 20 gurnata warali huwa ha r-responsabilità tal-Ministeru, waqt li bl-arrangamenti li saru makienx hemm telf fl-1997 u mhux sejjer ikun hemm telf fl-1998 u fl-1999, temmjghid il-Ministru.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911