Kumitat ghall-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo fisser il-Kumitat gdid mahtur biex jezamina l-operat tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma f'Ghawdex, bhala pass importanti lejn servizz ahjar ghall-pubbliku. Il-Kumitat gie ffurmat fuq rakkomandazzjoni ta' Dr Anton Refalo u huwa ffurmat minn rapprezentanti tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, tal-Ministeru tax-Xoghlijiet u Kostruzzjoni u tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma.
L-ghan ewlieni tal-Kumitat huwa li jifli l-operat tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma f'Ghawdex u jirrakkomanda mizuri li ghandhom jittiehdu biex il-hidma tal-Korporazzjoni f'Ghawdex tkun iktar efficjenti, ekonomika u effettiva.
Wiehed mill-ewwel impenji tal-Kumitat kienet laqgha pubblika li giet organizzata fis-Segretarjat ghal Ghawdex bil-ghan li l-pubbliku jkun jista' iwassal is-suggerimenti u l-ilmenti tieghu dwar is-servizzi ta' l-ilma f'Ghawdex. Ir-rispons tal-pubbliku ghal din il-laqgha kien wiehed tajjeb hafna.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-Korporazzjoni trid izomm ruhha infurmata kontinwament dwar il-bzonnijiet u r-rispons tal-pubbliku ghal servizzi fil-qasam ta' l-ilma biex kull decizjoni li tittiehed tkun ikkunsidrat ukoll il-bzonnijiet tal-pubbliku.
Dr Refalo tkellem ukoll dwar il-htiega li tizdied id-dixxiplina u l-kontabilita' fost l-impjegati tal-Korporazzjoni. Huwa qal li l-pubbliku jistenna li wara r-revizjoni tat-tariffi ta' l-ilma ghandu jkun hemm titjib fil-kwalita' tas-servizzi offruti mill-Korporazzjoni u l-impjegati taghha ma jistghux ma jzommux kont ta' dan.
Dr Refalo awgura li l-pubbliku jkompli jikkopera fil-hidma tal-Kumitat billi jwassal is-suggerimenti u l-ilmenti tieghu fil-waqt biex tkun tista tittiehed azzjoni dwarhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911