Mizuri godda fil-qasam tal-politika kontra l-abbuz mill-alkohol u d-droga
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum habbar mizuri godda fil-qasam tal-politika kontra l-abbuz mill-alkohol u d-droga. Dr Sant qal li inhass li s-servizzi fil-qasam mediku u dak socjali jkunu izjed effettivi jekk jahdmu taht fondazzjonijiet separati. Ghalhekk l-FMSS thoss li jkun ahjar li tinqasam f'zewg fondazzjonijiet, wahda biex tiehu hsieb il-Qasam Mediku u l-ohra biex tiehu hsieb il-Harsien Socjali.
Il-formalitajiet sabiex dan isehh qeghdin fi stadju avvanzat. Ghaldaqstant l-isem tal-Fondazzjoni FMSS ser jispicca u jsir FMS - Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici, u titwaqqaf Fondazzjoni ghas-Servizzi dwar il-Harsien Socjali - FSWS.
Dan it-tibdil ser jippermetti li jiddahhlu strutturi strategici u amministrattivi biex ikun possibli li titmexxa l-politika nazzjonali dwar l-abbuz mill-alkohol u d-droga. Inhass li l-koordinazzjoni ta' inizjattivi precedenti ma kienux effettivi bizzejjed bejn l-agenziji koncernati f'dan il-qasam u ghalhekk qed jittiehdu decizjonijiet immirati biex fil-qasam tal-politika kontra l-abbuz mill-alkohol u d-droga jissahhu l-istrutturi li hemm bzonn biex tinkiseb din il-koordinazzjoni u jinbidlu l-karigi mehtiega.
L-ewwel President tal-Fondazzjoni dwar Harsien Socjali (FSWS) ser ikun is-Segretarju Permanenti Successur fil-Ministeru tal-Harsien Socjali, is-Sur Joe Scicluna B.A. Il-Bord prezenti ta' l-FMSS issa ser imexxi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (FMS).
Is-Sedqa u s-Social Welfare Development Programme (SWDP) issa ser jaqghu taht il-Fondazzjoni l-gdida - FSWS u mhux izjed taht l-FMSS.
Agenzija Sedqa
1. Qed tinhatar Kap Ezekuttiv gdid ghall-Agenzija Sedqa. Din hija s-Sinjura Sina Bugeja M.Sc (Wales), FRSH, Dip. S.S., SRN. Wiehed mid-doveri taghha ser ikun li tfassal statut ghat-tmexxija ta' l-Agenzija Sedqa, fejn fih jigi definit kif ser topera u x'rapporti ghandha taghmel dwar l-operat taghha. Ser tinghata l-prijoritĂ li tizgura amministrazzjoni effettiva u trasparenti fis-Sedqa.
Sedqa ser tkun regolata mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali msemmija izjed 'l fuq u tirrapporta wkoll lill-Ministeru.
2. It-terms of reference tas-Sedqa:
a) Timplimenta l-policy nazzjonali dwar l-abbuz mill-alkohol u d- droga.
b) Tippromwovi u tfassal il-programmi strategici dwar il- prevenzjoni, kura u rijabilitazzjoni ta' persuni li jkunu vittmi ta' dan il-vizzju.
c) Tizgura kontinwita' fil-provediment ta' servizzi u programmi f'dan is-settur.
Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-Abbuz mill-Alkohol u d-Droga
Qed titwaqqaf Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-Abbuz mill-Alkohol u d-Droga bil-ghan li ggib flimkien fil-fazijiet ta' planning strategiku, implimentazzjoni ta' programmi u tissorvelja fuq l-operat kollu fil-qasam tal-politika kontra l-abbuz mill-alkohol u d-droga kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak tal-volontarjat fuq bazi ta' ugwaljanza.
Din il-Kummissjoni ghandha tiehu hsieb u timmoniterja policy nazzjonali u strategija generali f'dan il-qasam. Ghandha tippromwovi bdil ta' ideat u informazzjoni u tipprovdi pariri lill-Gvern fuq tigdid u aggornament ta' ligijiet relevanti.
Il-Kummissjoni ser tkun komposta mic-chairperson, deputy chairperson (li jirrapprezenta wkoll lil MEU), zewg rapprezentanti tas-Sedqa, zewg rapprezentanti ta' Caritas (Malta), rapprezentant ta' Oasi (Ghawdex) u tliet rapprezentanti tal-Ministeru tal-Harsien Socjali. L-ewwel chairperson ta' din
il-Kummissjoni ser ikun il-Magistrat Dr. Silvio Meli LL.D., Dip. Stud. Rel., Dip. Can. Matr. Jur. & Proc., Cet.Jur.&H.R. (Strasbourg), P.G. Dip. EC Compt. Law (London), u deputy chairperson ser tkun is-Sinjorina Sue Vella M.Sc., B.A. (Hon.) Psych., Dip. App. Soc. Stud.
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq biex ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' xoghol, il-Kummissjoni ezistenti dwar l-abbuz mill-alkohol u d-droga (KADA) qed tigi xolta. It-terms of reference taghha qed jigu nkorporati fil-Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-abbuz mill-alkohol u d-droga. Il-Magistrat Scicluna LL.D., Mag.Jur. (Eur. Law) li kien imexxi l-KADA qed jigi mistieden biex ikun membru fuq il-Kummissjoni l-gdida. Dan qed isir bhala rikonoxximent tax-xoghol li ghamel fil-KADA kif ukoll ghall-kontinwitĂ .
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911