Left arrow Go Back

Jinhatar Direttur ta' l-Ufficcju Kongunt

PR0213
Date Icon 05/02/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli dalghodu pprezenta l-ittra tal-hatra lis-Sur Charles Micallef bhala Direttur gdid tal-Ufficcju Kongunt, li jamministra l-proprjeta' tal-Knisja li ghaddiet lill-Gvern.

Il-Ministru, f'diskors li ghamel, qal li huwa jifhem il-bicca xoghol iebsa li s-Sur Micallef ghandu quddiemu. Huwa qal li huwa wiret Dipartiment fejn fi zmien il-Gvern precedenti kienu gew introdotti zewg skemi li d-Dipartiment ma kienx ingranat ghalihom. "Naf li qieghed isir hafna xoghol biex dawn iz-zewg skemi jinhadmu u jinhadmu malajr kemm jista' jkun" qal is-Sur Portelli.

Is-Sur Portelli qal li huwa jaf ukoll li bis-sistemi li kien hemm, ix-xoghol ta' processar tal-kwantita' kbira ta' proprjeta' kien se jiehu mal-25 sena biex jitlesta. Huwa qal li dan zgur m'huwiex accettabbli u kien ghalhekk li ttiehdet id-decizjoni biex dan id-Dipartiment jigi rijorganizzat. Huwa appellalu biex jassikura li f'dan id-Dipartiment ukoll jimxu bil-principju tac-cittadin l-ewwel. Il-Ministru enfasizza li kull haddiem ghandu jaghti l-gurnata tax-xoghol tieghu.

Is-Sur Micallef, li ghandu 51 sena kien dahal fis-servizz civili 31 sena ilu. Huwa serva ghal 21 sena fid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali u Dipartimenti ohra tal-Gvern. Huwa mizzewweg lil Carmen u ghandu zewgt itfal, Mark ta' 20 sena u Maria, ta' 12-il sena. Is-Sur Micallef huwa wkoll xândar maghruf.

Prezenti ghac-cerimonja kien hemm is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali u Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow