Zjara ta' l-ahhar mill-Ambaxxatur Ciniz
L-ambaxxatur tar-Repubbika tac-Cina ghall-Malta, Mr. Yu Wuzhen ghamel zjara tal-ahhar lill-Ministru tal-Biedja u Sajd is-Sur Noel Farrugia, meta wasal biex itemm il-hatra tieghu f'Malta.
Il-Ministru Farrugia irringrazzja lill-Ambaxxatur tal-koperazzjoni bejn Malta u c-Cina, fosthom ghall-hidma li wettqu haddiema Cinizi fuq Gnien is-Serenità, li qed jikkontribwixxi ghall-izvilupp tal-kuncett agri-turistiku f'pajjizna.
Huwa kompla jghid li jittama li fil-futur il-koperazzjoni bejn il-Gvern Ciniz u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd tkompli tissahhah f'oqsma ohra, ghall beneficcju mhux biss tal-bdiewa imma tal-Maltin kollha.
Il-Ministru Noel Farrugia stqarr li hu fiducjuz li l-ispirtu ta' hbiberija u kollaborazzjoni ezistenti ser tkompli tikber taht is-successur tal-Ambaxxatur Yu Wuzhen.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911