Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni: Rapport ta' l-ewwel sena ta' hidma
Il-bidla tal-Partit fil-Gvern gabet ukoll bidla fil-mod kif il-Ministeri gew strutturati.
Il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni kien wiehed mill-Ministeri li hadu struttura gdida. Minn Ottubru 1996 dan ha fi hdanu Dipartimenti li fil-legistratura ta' qabel kienu fir-responsabbilita' tal- Ministeru ghall-Ambjent, Segretarjat Parlamentari ghall-Ilma w Energija, Segretarjat Parlamentari ghall-Harsien ta' l-Ambjent kif ukoll il-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni.
L-ghanijiet ewlenin tal-Ministeru nistghu naqsmuhom f'hamsa:
- Il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tas-servizzi infrastrutturali tal-pajjiz fosthom it-toroq u s-servizzi ta' l-ilma, drenagg u sistemi ghall-ilma tax-xita, (Stormwater System).
- L-immaniggjar ta' l-istrategija dwar gbir ta' skart u kif dan jista' jigi riciklat bl-aktar mod cost effective.
- It-titjieb tal-facilitajiet rikrejattivi u provediment t'areas fejn ic-cittadini jistghu jirrekrejaw irwiehhom 'l boghod mill-pass mghaggel ta' hajja moderna.
- Holqien ta' sistemi ghall-immaniggjar ta' l-art u l-propjeta' tal-Gvern li hi wiehed mill-akbar rizorsi tal-pajjiz. Dan jinkludi wkoll il-manutenzjoni u z-zamma tal-propjeta' f'kundizzjoni tajba.
- Holqien ta' strutturi sabiex iharsu u jippromwovu l-industrija tal-bini f'pajjizna li hi t-tieni l-akbar industrija importanti f'Malta.
Dawn l-ghanijiet iridu jintlahqu mhux biss billi jinghataw is-servizzi lis-socjeta, imma dawn iridu jkunu ta' kwalita' tajba li jissodisfaw l-aspirazzjonijiet u l-bzonnijiet ta' socjeta' moderna.
Ghalhekk il-Ministeru gie ristrutturat u issa jikkonsisti f':-
- Divizjoni tax-Xoghlijiet
- Divizjoni ta' Artijiet u Kostruzzjoni
- Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma
- Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Filwaqt li riedu jitkomplew progetti li kienu gew mibdija, bdew jithejjew prijoritajiet sabiex jigu implimentati l-mizuri mhabbra fil-programm elettorali tal-Gvern prezenti.
TRATTAMENT TAD-DRENAGG U SKART
Beda x-xoghol li kien propost fuq it-tkabbir ta' l-Impjant tat-Trattament tad-Drenagg f'Sant Antnin.
Bdiet ukoll tithaddem strategija gdida dwar l-iskart solidu. Fl-Impjant ta' riciklagg ta' l-iskart giet introdotta teknologija gdida ta' composting ECOPOD sabiex tingheleb il-problema ta' l-irwejjah. Saret strategija gdida dwar l-iskart ta' l-Industrija tal-Bini u saru regolamenti sabiex dan l-iskart jintradam f'barrieri. Giet introdotta tariffa ghar-radam ta' l-iskart fil-Mizbla tal-Maghtab. Bdew ukoll pilot projects dwar is-separazzjoni ta' l-iskart u flimkien mal-privat inghata biu ghar-riciklagg ta' diversi frazzjonijiet ta' l-iskart.
TOROQ
Fil-qasam tat-toroq beda xoghol sabiex it-toroq isiru aktar user friendly u b'anqas periklu. Ghalhekk gew installati traffic barriers u traffic lights bhal ma sar fil-Junction ta' l-Imriehel. Saru xoghlijiet sabiex tittaffa l-kongestjoni f'diversi junctions fosthom dik tad-dhul f'Bugibba u ta' fejn ic-Cimiterju ta' l-Addolorata fil-Marsa.
Il-Unit il-gdida ta' ko-ordinament hadet hsieb li kull triq li tinbena gdida jkollha servizzi godda ghaddejjin minn taht wicc it-triq. Ghalhekk sew fit-Triq Zabbar gewwa l-Fgura, fejn intuzat sistema gdida ta' bini ta' triq, kif ukoll fil-45 triq li saru gewwa Bugibba u fit-toroq kollha li saru mill-gdid, inkluz dawk residenzjali, is-servizzi huma kollha godda.
Il-Unit ta' ko-ordinament bdiet l-ippjanar tal-bini ta' Triq l-Imdina, f'Hal Qormi u Triq Psaila, f'Birkirkara kif ukoll it-triq li taghti mill-(ghall-) Airport u l-Freeport. Dan il-Unit hadmet ukoll fuq 300 mitt triq f'zoni residenzjali.
F'dawn il-progetti ta' toroq dejjem inghatat importanza shiha lill-gbir ta' l-ilma tax-xita, mhux biss bhala parti mill-Masterplan ghall-gbir ta' l-ilma tax-xita, imma anke biex kemm jista' jkun titnaqqas il-hsara li ssir lit-toroq. Ghal dan il-ghan beda xoghol fuq tindif u bini ta' culverts u gibjuni godda.
RIZORSI UMANI
Sabiex tingheleb il-problema tan-nuqqas tar-rizorsi umani f'certu setturi, bdew korsijiet fuq diversi livelli inkluz dak Universitarju sabiex jinghata t-taghlim u t-tahrig mehtieg. Barra minn hekk gew inkagati konsulenti barranin f'oqsma fejn ma jezistux esperti lokali, fosthom fil-Landscape Architecture u fl-inginerija tat-toroq.
DIVIZJONI TAX-XOGHLIJIET
Id-Divizjoni tax-Xoghlijiet regghet inghatat ir-responsabilita' li kellha f'dak li huwa immaniggjar tal-progetti kapitali tal-Gvern. Il-haddiema ta' din id-divizjoni regghu bdew jintuzaw fuq progetti infrastrutturali kbar b'mod pozittiv. Fost il-progetti li twettqu b'success u li saru mill-haddiema taghna, kien hemm xoghol fuq bini w ufficini godda ghall-Posta Limited, xoghol ta' manutenzjoni fl-iskejjel u fuq il-progett ta' l-upgrading ta' Bugibba li sewa mat-tlett miljun lira. Infatti l-progett ta' Bugibba inhadem f' 91 gurnata u kien jinkludi fost ohrajn promenade gdid madwar il-kosta, 15 il-belvedere, pavimentar ta' Landscaping taz-zona kollha, bi street furniture li hafna minnha wkoll intaghmlet minn nies tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.
Il-Ministeru nghata wkoll ir-responsabilita', flimkien ma' Ministri ohra, ta' diversi progetti kapitali nazzjonali fosthom tal-belt il-gdida f' Pembroke, l-isptar il-gdid f'Tal Qroqq u l-mollijiet u t-terminal il-gdid fic-Cirkewwa.
Fi hdan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet twieldet unit gdida inkarigata mir-restawr ta' postijiet li huma fi stat ta' dekompozizzjoni. Beda xoghol ta' restawr fuq diversi siti storici fosthom fuq Vilhena Palace, fl-Imdina, knejjes fil-Belt, u siti ohra fil-Kottonera.
ID-DIVIZJONI TA' L-ARTIJIET U L-KOSTRUZZJONI
Id-Divizjoni ta' l-Artijiet u l-Kostruzzjoni wettqet hidma sabiex jigu fformulati policies ghall-ahjar uzu tal-propjeta' tal-Gvern. Gew introdotti policies godda dwar propjeta' kummercjali u dwar propjeta' agrikola. Sar wkoll formulzzjoni ta' pjan ghall-ghoti ta' facilitajiet sportivi lil certi ghaqdiet. Bdew jigu mhejjija policies ohrajn fosthom dwar fixed kiosks u ghoti ta' propjeta' lill-Kunsilli Lokali.
Id-Divizjoni ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni hija responsabbli wkoll mill- Kumitati ta' Rijabilitazzjoni tal-Kottonera. Dawn iz-zewg kumitati hejjew Business Plans ghat-tlett snin li gejjin filwaqt li komplew progetti li kienu mibdija. Inbdew progetti godda fosthom l-upgrading ta' Triq Zakkarija, il-bini mill-gdid ta' Triq ir-Repubblika u r-rijabilitazzjoni u restawr ta' l-area ta' Couvre Porte gewwa l-Birgu.
L-impenn tal-Gvern li jsahhah l-Industrija tal-Bini ntwera billi matul is-sena tlestliet Legislazzjoni, giet approvata b'consensus fil-Parlament u b'hekk twaqqif il-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini. Dan il-Kunsill gie mwaqqaf bil-ghan li jipprovdi forum fejn il-problemi ta' l-Industrija tal-Bini jistghu jigu diskussi u jsiru proposti kif din l-Industrija tista' titjieb.
IL-KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA' L-ILMA
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma giet ristrutturata wkoll sabiex tahdem b'mod aktar efficjenti. Bdew negozjati biex l-Impjanti tar-Reverse Osmosis jibdew jithaddmu mill-Maltin stess. Fil-fatt fl-ewwel t'Ottubru 1997, il-kumpanija sussidjarja tal-Korporazzjoni - Malta Desalination Services Limited bdiet thaddem l-impjant hija stess.
Il-Korporazzjoni bdiet studju dwar l-ilma second class u nghata bidu ghat-thejjija ta' National StormWater Masterplan. Flimkien mad-Dipartiment tad-Drenagg inghata bidu ghall-studju dwar proposti ghall-uzu ta' l-ilma prodott mit-Trattament tad-Drenagg. Bdew jittiehdu diversi mizuri ghall-protezzjoni ta' l-ilma tal-pjan (aquifer) fosthom regolamenti dwar spieri, bowsers, drilling rigs u swimming pools.
Permezz ta' avviz legali l-Korporazzjoni inghatat ir-responsabilita' ghall-kull tip ta' ilma prodott f'Malta. Beda wkoll ix-xoghol sabiex jithejja Integrated Management Plan ghas-sorsi kollha ta' l-ilma fil-pajjiz.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911