Il-Ministru Michael Farrugia jinawgura workshop dwar is-servizz tal-farmacija
Illum beda workshop 'The Pharmacy Technician in Malta - An Evolving Discipline' , organizzat mid-divizjoni tal-Pharmacy Technicians ta' l-Institute of Health Care ta' l-Universita' ta' Malta.
Waqt id-diskors tal-ftuh il-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, t-Tabib Michael Farrugia qal li s-servizz tal-farmacija f'Malta irid jasal fl-istat fejn persentagg sostanzjali tal-pazjenti imorru igibu l-medicina mill-ispizerija li jridu huma fil-Belt jew rahal fejn joqoghdu, filwaqt li persentagg iehor jigi jinqeda mill-ispizeriji tal-gvern. B'dan il-ftehim mas-settur privat, il-Gvern ikun qieghed joffri servizz ahjar lic-cittadini Maltin u Ghawdxin. Il-Ministru Farrugia sahaq il-bzonn li jkun hemm ghaqda bejn il-haddiema fis-setturi kollha, f'dan il-kaz bejn l-ispizjara u l-pharmacy technicians.
Huwa qal li l-ligi li tirregola l-pharmacy technicians ilha fis-sehh madwar 30 sena. Din hija ligi antika li ma tirriflettix is-sistema tal-lum. 30 sena ilu ma kienx jezisti l-Institute of Health Care u ghalih wasal iz-zmien biex isiru t-tahdidiet sabiex din il-ligi tkun riveduta.
Il-Ministru Farrugia semma wkoll li fit-tahdidiet ma' l-ispizjara kwazi wasal fi ftehim sabiex fl-ispizeriji privati jkun hemm spizjar il-hin kollu li l-ispizerija tkun miftuha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911