Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali jzur id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli dal-ghodu ghamel zjara fl-ufficcji tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fi Triq l-Arcisqof il-Belt. Din kienet l-ewwel zjara tieghu f'dan id-Dipartiment minn wara l-hatra tieghu bhala Ministru tal-Kunsilli Lokali. Huwa gie milqugh mis-Sur Maurice Caruana, il-Konsulent dwar il-Kunsilli Lokali fid-Dipartiment u mis-Sur Victor Rizzo, Assistent Direttur.
Il-Ministru ttiehed jara d-diversi taqsimiet tad-Dipartiment u anke gie muri s-sistema komputerizzata li jahdmu biha. Il-Ministru f'diskors li ghamel filwaqt li izza hajr ghax-xoghol li ghamel l-ex-Ministru ghall-Kunsilli Lokali, Dr. Charles Mangion, apprezza l-hidma li wettaq u qieghed iwettaq dan id-Dipartiment. Huwa fahhar lil dawk il-Kunsilli Lokali li qeghdin jaghmlu rapporti dwar il-bini battal fil-lokalita' taghhom u anke tas-suggerimenti taghhom. Huwa appellalhom li jkun sewwa u utli jekk dawn il-Kunsilli jidentifikaw ukoll is-sidien ta' dawn id-djar battala.
Wara il-Ministru ttiehed jara it-Taqsima Teknika tad-Dipartiment li tinsab fi Project House, Beltissebh. Hawnhekk ukoll il-Ministru seta jara x-xoghol fejjiedi li qeghdin iwettqu l-impjegati tad-Dipartiment.
Il-Ministru kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, s-Sur Alfred Fiorini Lowell; il-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911