L-Awtorita' tad-Djar se xxandar il-punti ta' l-applikanti taht l-Avviz numru 61
L-Awtorita' tad-Djar nhar it-Tnejn, 2 ta' Frar 1998, se tippubblika l-listi ta' dawk li applikaw ghall-maisonettes u l-appartamenti li kienu hargu taht l-Avviz Numru 61, bil-punti li gabu. Dawn il-listi se jkunu ghall-wiri mit-8.30 a.m. sa nofs inhar u mis-2.00 p.m. sa l-4.00 p.m. fil-Habitat Room, f'Binja Filippo Sceberras, Triq Filippo Sceberras, il-Furjana u f'Ghawdex, f'Old Hospital Building, fi Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Ghawdex. L-Avviz Numru 61 kien hareg fl-1 ta' Dicembru 1998.
Dawk li ma jaqblux mal-punti li gabu jew xi decizjoni ohra moghtija jistghu joggezzjonaw, fuq formuli preskritti li jistghu jinkisbu mill-istess ufficcji, minn nhar it-Tnejn li gejjin sal-11 ta' Frar 1998. L-ebda oggezzjoni ma tigi milqughha wara l-11 ta' Frar 1998.
F'din il-harga l-Awtorita' tad-Djar kienet harget 123 post ghall-ewwel darba fuq il-pjanta.Din is-sistema bdiet tigi addottata fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli. Ghal dawn il-postijiet kienu applikaw 905 koppja. Minn dawn il-123 post kien hemm 115 maisonette u tmien appartamenti. Bhal ma gara ghall-ewwel darba fil-harga ta' qabel, dawn il-postijiet hargu ghal dawk li qed jghixu f'postijiet perikoluzi jew sub standard. F'din il-harga wkoll kienu gew riservati xi postijiet ghall-persuni b'dizabilita'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911