Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Alfred Portelli jzur xoghlijiet fl-Imtarfa

PR0171
Date Icon 29/01/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar ix-xoghlijiet estensivi li qeghdin isiru mill-Awtorita' tad-Djar fil-Belt ta' l-Imtarfa. Huwa ttiehed jara l-kisi tat-toroq bit-tarmac. Il-Ministru qal li dan ix-xoghol kien inbeda ftit wara li ha l-hatra bhala Ministru ghad-Djar, f'Novembru tal-1996.

Il-Ministru qal li il-progettazzjoni tat-toroq u x-xoghol ta' twettieq qieghed isir fuq metodi moderni u innovattivi ghal Malta tant li s-servizzi kollha qed jigu mghoddija kollha minn taht il-bankini biex tigi eleminata l-kruha ta' hafna cables mal-hitan. Huwa qal li x-xoghol tqassam f'zewg fazijiet u filwaqt li x-xoghol fuq l-ewwel fazi tlesta, diga' beda ix-xoghol fuq it-tieni fazi. B'kollox hemm xoghol li twettaq u qieghed isir, f'madwar 15-il triq.

Il-Ministru kompla jghid li ttiehdu l-mizuri kollha biex l-ilma tax-xita ma jinheliex u ghal dan il-ghan inbena gibjun enormi li fih qieghed jilqa' l-ilma tal-bjut u anke tat-toroq b'sistema ta' katusi u culvertsfil-gnub tat-toroq. Il-Ministru stqar li x-xoghol fuq it-toroq u l-infrastruttura mistenni jigi jqum aktar minn nofs miljun lira.

Is-Sur Portelli mbaghad zar dik li qeghda tissejjah bhala s-Scenic Walk-Way li se ddawwar it-trufijiet tal-Belt ta' l-Imtarfa u li saret biex toffri wahda mill-isbah dehriet naturali li wiehed jista' jgawdi. Parti sostanzjali ta' din il-Walk-Way tlestiet u issa r-residenti u anke nies ohra jistghu jgawdu dehra mill-isbah ta' Wied Qlejgha. Huwa qal li din il-Walk Way se tkompli tigi estiza biex finalment tigi ddawwar l-parti l-kbira ta' l-Imtarfa inkluz dik il-parti li thares lejn l-Imdina.

Il-Ministru temm jghid li dan ix-xoghol kollu li qed isir fl-Imtarfa ghandu jservi bhala mudell ghall-bini tal-Belt ta' Pembroke.

Mal-Ministru kien hemm, ic-Chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Galea, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, il-Perit Anton Camilleri, Direttur tal-Bini u Tiswija ta' Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali tal-Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow