Il-Ministru Alfred Portelli jzur xoghlijiet fl-Imtarfa
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar ix-xoghlijiet estensivi li qeghdin isiru mill-Awtorita' tad-Djar fil-Belt ta' l-Imtarfa. Huwa ttiehed jara l-kisi tat-toroq bit-tarmac. Il-Ministru qal li dan ix-xoghol kien inbeda ftit wara li ha l-hatra bhala Ministru ghad-Djar, f'Novembru tal-1996.
Il-Ministru qal li il-progettazzjoni tat-toroq u x-xoghol ta' twettieq qieghed isir fuq metodi moderni u innovattivi ghal Malta tant li s-servizzi kollha qed jigu mghoddija kollha minn taht il-bankini biex tigi eleminata l-kruha ta' hafna cables mal-hitan. Huwa qal li x-xoghol tqassam f'zewg fazijiet u filwaqt li x-xoghol fuq l-ewwel fazi tlesta, diga' beda ix-xoghol fuq it-tieni fazi. B'kollox hemm xoghol li twettaq u qieghed isir, f'madwar 15-il triq.
Il-Ministru kompla jghid li ttiehdu l-mizuri kollha biex l-ilma tax-xita ma jinheliex u ghal dan il-ghan inbena gibjun enormi li fih qieghed jilqa' l-ilma tal-bjut u anke tat-toroq b'sistema ta' katusi u culvertsfil-gnub tat-toroq. Il-Ministru stqar li x-xoghol fuq it-toroq u l-infrastruttura mistenni jigi jqum aktar minn nofs miljun lira.
Il-Ministru temm jghid li dan ix-xoghol kollu li qed isir fl-Imtarfa ghandu jservi bhala mudell ghall-bini tal-Belt ta' Pembroke.
Mal-Ministru kien hemm, ic-Chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Galea, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, il-Perit Anton Camilleri, Direttur tal-Bini u Tiswija ta' Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar u s-Sur Michael Micallef, Segretarju Personali tal-Ministru.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911