Il-Ministeru ghad-Djar iwiegeb lill-Kunsill Lokali tar-Rabat
L-istqarrija ghall-istampa li hareg il-Kunsill Lokali tar-Rabat il-bierah 27 ta' Jannar 1998, fejn qal li jiddeplora l-fatt ghaliex ma giex mistieden ghac-cerimonja tal-ftuh mill-gdid tal-Gymnasium ta' l-Imtarfa mill-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, hija ingusta, fallaci u anke malizzjuza.
Meta l-bierah harget l-istqarrija u kopja taghha waslet fil-Ministeru ghad-Djar, ufficjal ta' l-istess Ministeru kkuntattja lill-Kunsill u qal lis-segretarja li fil-fatt il-Ministru kien stieden permezz ta' invit formali lis-Sindku u lil kull membru tal-Kunsill tar-Rabat u baghat l-istess inviti bil-posta f'envelopebil-bolla.
Meta l-Ministeru ghamel l-istharrig tieghu gie kkonfermat li dawn l-inviti nzammu fil-posta tar-Rabat u dan b'rizultat ta' l-azzjoni industrijali li qed tiehu l-Union Haddiema Maghqudin. Fil-fatt l-inviti sakemm qed tinkiteb din l-istqarrija ghadhom qed jinzammu fil-posta tar-Rabat. Ufficjal mill-Ministeru l-bierah stess, hekk kif gie kkonfermat li l-inviti kienu ghadhom mizmuma l-posta tar-Rabat, cempel lis-Sur Frank Attard, Kunsillier u Chairman tal-Kumitat ta' l-iSport u infurmah li l-inviti kienu fil-fatt intbaghtu u ma kienx tort tal-Ministru li dawn ma waslux.
Is-Sur Attard qal li l-Ministeru kien messu uza l-fax u l-ufficjal wiegbu li l-inviti kollha ntbaghtu bil-posta ghaliex hekk imur f'okkazjoni formali bhal dik. L-ufficjal qal lis-Sur Attard li l-Ministru nhar il-Hadd kien hassu offiz bin-nuqqas tal-prezenza tas-Sindku u l-Kunsilliera tar-Rabat u dan ovvjament ghaliex kien ghadu ma jafx li l-inviti taghhom inzammu mill-posta tar-Rabat.
Il-hrug ta' l-istqarrija kien wiehed malizzjuz ghaliex is-Sur Attard il-bierah kien jaf li l-inviti fil-fatt hargu u li kienu nzammu fil-posta tar-Rabat. Huwa gie mwissi wkoll li jekk kien se jgib l-istqarrija li allura kien jaf li kienet fallaci, kien se jkun hemm twegiba mill-Ministeru. L-intenzjoni hazina tieghu tohrog fid-deher ghaliex fl-istqarrija ma ssemma xejn li kien inghata spjegazzjoni ta' dak li kien gara.
Tajjeb ukoll li s-Sur Attard ikun jaf li llum stess tkellmet mal-Ministru, il-Kunsilliera tar-Rabat, is-Sinjura Edwige Xuereb, li wara li saret taf bl-ispjegazzjoni u fehmet li l-Ministeru ma kellu ebda tort, ipprotestat formalment kontra min kien responsabbli ghall-hrug ta' l-istqarrija tal-Kunsill tar-Rabat ghall-kontenut taghha u anke ghaliex hadd ma informaha li din kienet fil-fatt saret u li kienet se tigi mxandra.
Ikun ahjar jekk is-Sindku tar-Rabat, is-Sur Alfred Sharples, is-Sur Frank Attard, Kunsillier u s-Sur Paul Mifsud, Segretarju, li ffirmaw l-istqarrija, jiddedikaw l-aktar minn hinhom sabiex jaraw il-htigiet tan-nies ta' l-Imtarfa ghaliex kienu u huma bosta u kontinwi l-ilmenti li l-Ministru tad-Djar baqa' jircievi minghand hafna mir-residenti, li meta jigu l-Ministeru jghidulhom li hemm il-Kunsill tar-Rabat, iwiegbu li dawn "abbandunawhom". Infatti, kienet din ir-raguni li l-Ministru ghad-Djar u l-Awtorita' tad-Djar waqqfu bla telf ta' zmien Kumitat tal-Housing fl-Imtarfa li solva hafna mill-ilmenti li ressqu quddiem dan il-Kumitat.
Ta' min jghid li l-Ghaqda Residenti ta' l-Imtarfa baghtet fax datata 27 ta' Jannar 1998 lill-Ministru Portelli li fiha qaltlu li kienet qieghda tiehu l-opportunita' "biex tirringrazzjah ta' l-interess li hadt meta nghatajt il-kariga tieghek biex b'hekk taffejt hafna mill-problemi ezistenti fl-Imtarfa partikolarment bit-twaqqif tal-Customer Care Unit li nista' nassigurak li intlaqghet tajjeb hafna mir-residenti tal-lokal."
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911