Se johorgu ghal bejgh 69 post iehor mill-Awtorita' tad-Djar
Ghat-tielet darba taht il-Gvern prezenti, l-Awtorita' tad-Djarqieghda tohrog ghall-bejgh numru ta' appartamenti u maisonettes imferrxinf'diversi bliet u rhula f'Malta u f'Ghawdex. Permezz ta' avviz, li mistennijigi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, ghada t-Tlieta, l-Awtorita' se tohrog69 post. Ghall-ewwel darba se johorgu 18-il maisonette ghall-bejgh fuqil-pjanta f'Ghawdex. Din hija t-tieni harga, taht il-Gvern prezenti, ta'postijiet f'Ghawdex. Qabel dawn iz-zewg hargiet, il-Gvern precedenti kien iluhames snin ma johrog post f'Ghawdex. Skond dan l-avviz, f'Malta u f'Ghawdex sejohorgu 33 appartament, 23 maisonettes u 13-il cluster house. Il-maisonettesu l-cluster houses se johorgu bil-garaxx maghhom.
Dawk interessati se jkunu jistghu japplikaw ghal dawnil-postijiet, li qed johorgu taht l-Avviz Legali numru 62, minn nhar it-Tnejn,9 ta' Frar 1998. L-applikazzjonijiet se jibqghu miftuhin sa nhar l-Erbgha, 4ta' Marzu 1998. L-applikazzjonijiet jistghu jinkisbu mill-ufficcji ta'l-Awtorita' tad-Djar, fi 12, Triq Pietro Floriani, il-Furjana, u f'25, TriqEnrico Mizzi, ir-Rabat, Ghawdex.
L-appartamenti se johorgu lesti minn kollox, hlief ghall-kamratal-banju. Il-maisonettes se johorgu gebel u saqaf. Il-cluster houses,li kollha jinsabu fl-Imtarfa, se johorgu lesti, ghalkemm 9 minnhom ghadfadlilhom il-bibien interni u t-tibjid.
Ghal dawn il-postijiet jistghu japplikaw:
i) Koppji gharajjes li jiddikjaraw bil-miktub li se jizzewgu fizmien sentejn
ii) Koppji mizzewgin bit-tfal jew minghajr tfal.
iii) Genitur wiehed b'ulied mhumiex mizzewgin, li jghixu mieghufl-istess fond.
Genitur mizzewweg izda separat (legalment jew de facto)b'ulied mhux mizzewgin li jghixu mieghu fl-istess fond.
- Koppji mizzewga, genitur wiehed bi tfal jghixu mieghu jew genitur mizzewweg izda separat bi tfal jghixu mieghu li jew l-applikant jew xi membru tal-familja ghandhom disabilita'.
Aktar taghrif jista' jinkiseb mill-Gazzettatal-Gvern ta' ghada t-Tlieta, 27 ta' Jannar 1998.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911