Left arrow Mur Lura

Ko-ordinament tas-Servizzi waqt il-Maltempata tal-25 ta' Jannar

PR0144
Date Icon 26/01/1998

Il-bierah il-Hadd, 25 ta'Jannar, 1998, kmieni wara nofsinhar Maltainhakmet minnmaltempata b'xita, raghad, rih u silg. L-aktar zoni li kienu milquta kienu dawktal-Mosta, Attard, Balzan, Naxxar, Lija, Marsa, Siggiewi, Qormi u Zebbug.Il-maltempata rrizultat meta sistema ta' pressjoni baxxa fuq l-Afrika ta' Fuqiltaqet ma' arja kiesha minn fuq l-Ewropa. Il-maltempata damet fl-aqwa taghha ghal madwar sitt sieghat bejn is-1.00pm u s-7.00pm.

Skond ftehim milhuq mid-Direttorat tal-Protezzjoni Civili tahtic-chairmanship tal-Ministru Joe Mizzi, kien gie deciz lil-koordinament kollu f'kaz ta' emergenza kellu jitmexxa mill-Control Room fid-Depot.Fil-fatt, malli deher li l-maltempata kienet qed tizviluppa f'sitwazzjonijietserji f'xi nhawi ta' Malta, gew mill-ewwel msejjha d-dirigenti u l-haddiematad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, tal-Pulizija, tal-SAG, tal-FireBrigade, u ta' l-Armata biex dawn flimkien u b'koordinament shih jittrattaw u jaghtu l-ghajnuna fejn jigu mitluba li ssir, jew fejn kienirrizultalhom l-htiega. Kienu wkoll alertjati d-Dipartiment tas-Sahha -specjalment l-Isptar San Luqa - u d-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici.

Kien hemm koordinament shih bejn dawn id-diversi servizzital-Gvern u fil-fatt meta wiehed jikkunsidra s-serjeta` u l-kobor ta'l-emergenza kif zviluppat, wiehed jista' jghid li b'hekk gie evitat li jkunhemm disgrazzji anke iktar serji. L-iktar tip ta' emergenzi li nqalghu kienudawk ikkawzati minn ilmijiet kbar li akkumulaw u kkawzaw kurrenti qawwijaf'certu zoni, partikolarment l-iktar serji lejn n-naha ta' H'Attard, HalLija, Hal Balzan, Birkirkara u l-Marsa. Il-forzi tas-salvatagg wettqu hidma intensivasa tard filghaxija u anke matul il-lejl. Wara diversi talbiet minn numru ta'residenti f'positijiet u djar milquta mill-gharghar, in-nies tal-FireBrigade, tal-Protezzjoni Civili, ta' l-Armatau tax-XoghlijietPubblici, kienu strumentali biex gie ippumpjat l-ilma 'l barra mir-residenzi ujitnehha l-periklu.

Diversi sewwieqa tal-karozzi li nqabdu fil-vetturi taghhom waqtil-maltempata gew salvati mill-gharqa minn membri tal-forzi ta' salvatagg. Il-ControlRoom fid-Depot bdiet twiegeb kontinwament is-sejjhiet kollha ghall-ghajnuna u immedjatament tghaddi dawn l-messaggi lil dawk il-membritas-servizzi ta' salvatagg li jkunu l-iktar vicin.

L-iktar kazijiet serji li nqalghu kienu f'Birkirkara u l-Marsa.F'Birkirkara karozza ingarret mill-kurrenti ta' l-ilma hdejn il-Mid-MedBank u baqghet tigi mkaxxkra sal-Wied ta' Birkirkara, fejn mara anzjanamill-Gzira instabet mejta llum. Dan kienl-uniku kaz ta' mewt li kkawzat il-maltempata. Fil-Marsa Sports Groundkien hemm madwar hamsin persuna maqbuda fil-kumpless li ma setghux johorguminhabba i-ilmijiet li ngabru. Ghal xi mumenti kien hemm il-hsieb li jingieb dinghyminghand il-Protezzjoni Civili biex il-persuni maqbuda jigu meghjunajaqsmu l-parti perikoluza. Izda l-forzi tas-salvatagg, wara li gie kkonsultatil-Ministru Mizzi li kien fuq il-post isegwi l-hidma, iddecidew li kien ikuniktar ghaqli li dawn il-persuni jithallew fil-post fejn kienu jidhru iktarsalvi sakemm jinzel l-ilma u jkunu jistghu jigu meghjuna johorgumill-kumpless minghajr periklu. Ghalhekk iktar tard malli tbaxxal-ilma kien possibli li dawn in-nies jittitornaw lejn djarhom.

Il-Pulizija ghenu wkoll fid-diffikultajiet kbar li nqalghu madwarMalta kollha, minhabba l-kaos li rrizulta fit-traffiku. Barra minn dan bdiettinghata informazzjoni kontinwa fuq il-mezzi tax-xandir biex it-traffikujghaddi minn partijiet inqas perikoluzi u b'hekk gie evitat iktar tfixkil uperikolu fit-toroq.

Jidher li s-sistema ta' koordinament bejnil-forzi ta' salvatagg kif ippjanat mid-Direttorat tal-Protezzjoni Civili, hadmet tajjeb u gew evitati disgrazzji iktar serji. Kien ukoll ta' utilita`kbira l-makkinarju gdid li ghadu kemm jasal mill-Italja biex jassisti fl-operattal-Protezzjoni Civili. Matul din is-sena huwa mistenni li l-koordinament bejnid-diversi servizzi tal-forzi ta' salvatagg ser ikompli jissahhah bil-holqien ta' Sala ta' Operazzjoni ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civilili ghandha tigi stallata f'Ta' Kandja, mill-fondi provduti mir-Raba' ProtokollFinanzjarju bejn Malta u l-Italja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow