Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti
Is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Artijirreferi ghar-reazzjoni sfrenata li l-Oppozizzjoni u l-alleati taghhom ghamlughad-diskors tas-Segretarju Parlamentari Joe Cilia, fl-okkazjoni tal-KonkorsSportivi Nazzjonali, f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi.
Wiehed minn dawk li rreagixxa bis-shih ghal dak li qalis-Segretarju Parlamentari Joe Cilia, hu l-Onor. Jean Pierre Farrugia, kelliemta' l-Oppozizzjoni ghall-Isport. L-Onor. Farrugia ma jitlifx okkazjoni wahdabiex jirrepeti u jirrepeti li l-Gvern prezenti naqqas il-budgettal-qasam sportiv. Bhallikieku l-flus naqsu ghall-isport biss! U kif seta'l-Gvern prezenti ma jaghmilx ekonomija u ma jiehux mizuri biex isewwi dak lil-Amministrazzjoni ta' qabel halliet fil-finanzi tal-pajjiz? Li nesa jsemmil-Onor. Farrugia huwa li l-Gvern prezenti ta b'kemm jiswew liri kbar f'artijietu facilitajiet sportivi.
Li jghodd hu li s-Segretarjat Parlamentari qed jahdem bis-shih ub'serjeta' kbira, kif ukoll b'ghaqal, biex jottjeni izjed u jonfoq inqas.Il-hela mhux virt'?, kif certament mhux virt'? li tarmi Lm60,000 il-bahar ghal pitchtal-waterpolo li baqghet ma saritx! Jean Pierre Farrugia sahaq fuqil-fatt li l-Gvern naqqas Lm80,000 mill-budget ta' l-isport. Allura jekkwiehed jiehu in konsiderazzjoni s-Lm60,000 li ntilfu, il-Gvern prezenti matantx naqqas mill-budget!
L-Onor. Farrugia dejjem jishaq li dak li ghamel il-Gvern prezentifil-Kunsill Malti ghall-Isports kien se jaghmlu l-Gvern precedenti. Il-fatt huli m'ghamlux u kien il-Gvern prezenti li, mhux biss ta sura gdida lil danil-Kunsill u ghamlu verament rapprezentattiv, izda talli tah l-ghodod mehtiegabiex igib 'il quddiem il-qasam ta' l-isport.
It-Tabib Farrugia kompla jinsisti li l-Gvern precedenti ghamelil-Padiljuni Sportivi f'Kordin u f'Ta' Qali u fakkar xi pjanijiet kellhomghall-estensjonijiet ta' bosta facilitajiet. Jidher li l-Onor. Farrugia nesadak li jghid il-Malti li "kieku u kien qatt ma ltaqghu flimkien".Is-Segretarjat Parlamentari jemmen fil-fatti u ghax jemmen fil-fatti ta titlulil numru kbir ta' assocjazzjonijiet u clubs sportivi.
Bizzejjed li jissemma il-ftehim li gie milhuq ma' l-MFA u dak lima sarx f'10 snin sar biss f'10 xhur! Ghax jemmen fil-fatti, is-SegretarjatParlamentari jiddejjaq jaqra inezattezzi u misinterpretazzjoni tal-fatti, bhalmeta l-Onor Farrugia jiddandan b'rix haddiehor u jghid li kien l-Gvernprecedenti li bena il-Padiljuni Sportivi ta' Kordin u Ta' Qali. Inezattezzaohra hija dik dwar Skolasport meta l-istess Tabib Farrugia nesa jfakkaril-pubbliku in generali li din l-iskola giet inawgurata minn Fr HilaryTagliaferro, illum Chairperson tal-Kunsill Malti ghall-Isport, f'nofsis-snin sebghin.
Fl-ahhar is-Segretarjat Parlamentari jixtieqminn qalbu li l-Onor. Jean Pierre Farrugia jkun avversarju qalil kemm irid,izda fl-istess hin leali. Huwa jaf sewwa li kontra dak li qal fl-istqarrijatieghu, Dr. Joe Cilia m'ghandu ebda ufficcju notarili ghaliex dan nehhiehappena ha l-gurament ta' Segretarju Parlamentari.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911