Skema gdida ta' ghajnuna lill-persuni b'dizabilita'
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu niedaskema gdida ta' ghajnuna ghall-persuni b'dizabilita'. Permezz ta' din l-iskemadawn il-persuni se jibdew igawdu minn ghajnuna li permezz taghha jkunu jistghujaghmlu tibdil strutturali fir-residenzi taghhom biex ikunu jistghu jghixuhajja indipendenti u vicin il-familjari taghhom. Biex ikun jista' jsir danix-xoghol il-Gvern se johrog sa massimu ta' Lm2,300, f'kull kaz. L-Awtorita'tad-Djar se tibda wkoll toffri servizz ta' pariri teknici dwar x'tip ta'xoghlijiet jistghu jsiru ghall-ahjar benficcju tal-persuni b'dizabilita'. Dinl-iskema se tibda tghodd mill-1 ta' Frar, 1998. Dan thabbar llum mill-Ministerughad-Djar, is-Sur Alfred Portelli waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li tafil-Ministeru tieghu, il-Furjana.
Huwa habbar ukoll zjieda sostanzjali fl-ghajnuna li l-Awtorita'tad-Djar se tibda taghti biex dawn il-persuni jkunu jistghu jaghmlu xoghlijietfir-residenza taghhom u biex jistallaw lifts. Huwa qal li biex aktarkategoriji ta' persuni b'dizabilita' jkunu eligibbli ghall-ghajnuna,l-Awtorita' tad-Djar ghall-ewwel darba, dahhlet klawsola li permezz taghhaKumitat mahtur apposta, maghmul minn rapprezentanti minn ghadd ta' agenzijiohra tal-Gvern, ikun jista' jaghti pariri lic-Chairman ta' l-Awtorita'tad-Djar biex persuni morda fizikament jew mentalment jkunu jistghu ukolljiehdu l-ghajnuna.
Il-Ministru mbaghadfisser kif zdiedet l-ghajnuna finanzjarja. Huwa qal li ghajnuna, li kienettinghata lill-persuni b'dizabilita' ghal stallazzjoni ta' lifts jew stairlifts,bini ta' rampi, twessiegh ta' bibien u twieqi, provvista u twahhil ta' kmamartal-banju specjali u hafna u hafna xoghol iehor, minn Lm800 kif kienet qabelissa telghet ghal Lm1,000.
"Zieda ohrafl-ghajnuna finanzjarja se tkun fil-kazi fejn ikun irid isir rinforz tas-soqfabiex jitwahhal mieghu l-makkinarju ghall-lift personali. Hawnhekks-somma minn Lm1,000 telghet ghal Lm1,300", qal il-Ministru. Huwa komplajghid li dawk li kienu applikaw diga' taht l-iskema ta' qabel, u l-kaz ghadumhux konkluz, se jkunu jistghu japplikaw taht din l-iskema gdida. L-iskema ta'qabel se taghlaq fil-31 ta' Jannar 1998.
Is-Sur Portelli qal liminn meta sar Ministru, ghamilha cara mill-bidunett li kien se jaghtiprijorita' lill-persuni b'dizabilita' kemm fl-allokazzjonijiet li jsirumid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali u anke f'dawk li jsiru mill-Awtorita'tad-Djar. Huwa qal li f'din l-ahhar sena d-Dipartiment alloka 35 postlill-persuni b'dizabilita'. Dan barra li f'din l-ahhar sena approva 50 talbaghall-ghajnuna ghal xoghlijiet f'residenzi ta' persuni b'dizabilita'. In-nefqaghal dawn it-talbiet telghet ghal Lm30,164. Il-Ministru qal li dan kollujkompli juri l-impenn u l-kuxjenza socjali li l-Gvern ghandu lejn persunib'dizabilita'.
Minn naha taghhal-Awtorita' tad-Djar holqot kategorija gdida biex persuni b'dizabilita' jkunujistghu jikkontestaw ghalihom. L-Awtorita' rriservat 30 post ghall-persuni bhaldawn u kif qal il-Ministru dawk kollha li applikaw inghataw post. Huwa qalukoll li barra l-beneficcji finanzjarji li nghataw, l-Awtorita' offriet ukollsa massimu ta' Lm1,200 biex ikunu jistghu jirrangaw il-post li jkunu hadu biexjirrenduh aktar accessibbli. Dan barra li l-Awtorita' tad-Djar allokat maisonettekomplut bil-garaxx biex fih jghixu residenti minn Dar il-Wens.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911