Pubblikata stqarrija tal-Kummissarju tal-Pulizija dwar azzjonijiet illegali fil-Port Hieles.
Il-Gvern qed jippubblika stqarrija mahruga mill-Kummissarjutal-Pulizija dwar azzjonijiet illegali fil-Port Hieles:
"Il-bierah kienu attivisti tal-UHM lifizikament ingombraw id-dahla tal-Freeport ghall-habta tas-siegha. Il-Pulizijaqalu lid-dirigenti tal-UHM li din kienet azzjoni illegali u ghaldaqstantqalulhom biex iwarrbu halli l-containers jkunu jistghu jidhlu u johorgufil-Port Hieles.
Il-Pulizija fl-ebda hin m'uzat forza ma'l-attivisti tal-UHM u dejjem evitat il-konfrontazzjoni. Dwar il-presenzatal-gurnalisti fuq propjeta tal-Port Hieles kien il-Management tal-PortHieles li talab lill-Pulizija biex jghidu lill-gurnalisti jitilqu mill-istesspost.
Tant il-Gvern ried jevita l-konfrontazzjonili l-pulizija, minflok warrbu lill-attivisti tal-UHM mill-ewwel minn quddiemid-dahla tal-Port Hieles, hallewhom hemm sakemm il-Kummissarju tal-Pulizijannifsu talab lill-ufficjali tal-UHM biex jieqaf dan l-ingombru illegali.Dirigenti tal-Port Hieles wkoll qalu lill-attivisti tal-UHM biex ma jibqghuxjingumbraw ix-xatba tal-post biex ikun jista' jghaddi x-xoghol.
Ufficjali tal-UHM qalu liIl-Kummissarjutal-Pulizija li l-attivisti tal-UHM kienu se jitilqu minn hdejn ix-xatbafit-tlieta ta' wara nofsinhar. Biex il-Gvern jevita konfrontazzjoni ma'l-attivisti tal-UHM l-operazzjoni biex jitnehhew il-containers minnquddiem id-dahla tal-Port Hieles saret wara s-sitta ta' filghaxija meta kienzgurat li ma kien hemm hadd quddiem l-istess xatba."
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911