Left arrow Mur Lura

Youth Employment Solidarity Campaign

PR996
Date Icon 28/05/1997
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Artil-Onor Joe Cilia jixtieq juri pubblikament l-apprezzament tieghu u jfahhar l-inizjattiva tal-Ferghat Zghazagh taz-zewg unions ewlenin Maltin, jigifieri l-GWU u c-CMTU, ghall-kampanja maghrufa bhala YES, li giet imnedija f'Dicembru tal-1996.
Il-ferghat taz-Zghazagh tal-ikbar zewg unions Maltin niedewdin il-kampanja fuq inizjattiva tal-European Trade Union Confederation (ETUC) li maghha huma affiljati kemm il-GWU u kemm c-CMTU.
L-Onor Cilia jawgura lill-unions fil-hidma taghhom b'rizqil-futur taz-zghazagh taghna u ghall-impenn taghhom li jirsistu biex ikun hawn dejjem aktar xoghol ghall-istess zghazagh taghna.
Is-Segretarju Parlamentari Cilia jifhem tajjeb li qeghdin nghixu fizmien ta' taqlib industrijali kbir u li l-gejjieni fix-xoghol huwa immirat lejn l-informatika u lejn is-servizzi. Proprju ghalhekk hija x-xewqa tal-Onor Cilia biex huwa jibqa' jahdem mill-qrib kemm mal-unions u kemm ma' organizzazzjonijiet ohra, biex jigu studjati, diskussi u mfassla ligijiet industrijali u pjanijiet ghal-xoghol gdid li huma addattati ghaz-zghazagh.
Is-Segretarju Parlamentari Cilia jawgura wkoll liz-zewg unionsghas-seminar li se jigi organizzat mill-ETUC hawn Malta. F'dan is-seminar sejrin jigu diskussi temi varji, fosthom il-YES, kif ukolll-informatika u l-post tax-xoghol.
L-Onor Cilia jaghlaq billi jheggeg liz-zghazagh Maltin u Ghawdxinjiehdu inizjattivi bhal dawn biex itejbu l-prospetti ta' xoghol addattat ghall-generazzjonijiet li telghin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow