Laqgha tal-Komunita Maltija fil-Germanja
PR989
27/05/1997
| Nhar is-Sibt 24 ta' Mejju, fuq inizjattiva ta' Fr. Anthony Gaffiero, | u bil-koperazzjoni attiva ta' l-Ambaxxata ta' Malta f'Bonn, saret laqgha tal-Komunita Maltija fil-Germanja, fil-Knisja u s-Sala Parrokkjali ta' St Thomas Morus f'Bonn Tannenbusch, fejn Fr. Gaffiero ilu Kappillan ghal aktar minn ghoxrin sena. |
| Wara l-quddiesa, ccelebrata minn Fr. Gaffiero, kien hemm 'buffet' | b'ikel Malti, u b'atmosfera mferrha mill-grupp "Simar" tal-Mellieha, maghmul minn Joe Debono u Anthony Cauchi fuq il-kitarra, u Gaetano Sultana bhala kantant/ghannej. L-istess grupp ipprovda l-akkumpanjament muzikali waqt il-quddiesa. |
| Il-grupp "Simar" ingieb il-Germanja ghall-okkazjoni, | b'inizjattiva tas-Sur Bernd Schiffarth, sindku ta' Adenau, villagg Germaniz gemellat mal-Mellieha, u wkoll bl-ghajnuna tal-Linja Nazzjonali ta' l-Ajru, Air Malta, li pprovdiet il-passaggi b'xejn lejn il-Germanja ghall-muzicisti Maltin. Il-grupp "Simar" se jaghti wkoll wirjiet ohra f'Adenau, qabel ma jirritorna lura Malta. |
| Ghall-laqgha tal-Komunita Maltija, kien hemm prezenti wkoll l-Ambaxxatur | ta' Malta f'Bonn, is-Sur Carmel J. Aquilina u Ufficjali ta' l-Ambaxxata. F'diskors li ghamel ghall-okkazjoni, l-Ambaxxatur Aquilina fahhar l-inizjattiva ta' Fr. Gaffiero u rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom inkluz is-Sindku Schiffarth u l-Air Malta. Huwa tenna l-impenn ta' l-Ambaxxata biex issahhah il-kuntatti taghha mal-Maltin fil-Germanja u ghal dan l-iskop qed tibni registru dettaljat tal-Maltin kollha li jghixu hemm. |
| L-Ambaxxatur Aquilina fahhar ukoll ix-xoghol u l-ghajnuna li jaghtu | l-hbieb Germanizi ta' Malta bhal dawk fi hdan il-"German-Maltese Association". Huwa rrefera wkoll ghar-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn Malta u l-Germanja u ghall-isem tajjeb li pajjizna jgawdi f'dan il-pajjiz. |
| Habbar ukoll li l-Ambaxxata ta' Malta f'Bonn se tippartecipa ghal | darb'ohra fil-festa internazzjonali u ferm popolari maghrufa bhala "Spielend Verstehen" li se ssir fit-28 ta' Gunju f'Bonn, hdejn ix-xmara Rhine. Bil-koperazzjoni ta' diversi ditti Maltin fl-"stand" ta' Malta se jkun hemm ikel u xorb Malti, u prodotti ohra li jirriflettu l-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin. Li "Stand" Malti se jkun immexxi minn voluntiera Maltin u l-qliegh li jsir jintbaghat Malta ghal-skopijiet filantropici. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911